Is-Segretarju Parlamentari jiltaqa ma William Chetcuti

Saturday, July 6, 2013, 9:51

Is-Segretarju Parlamentari responsabbli mir-Riċerka, Innovazzjoni, Żgħażagħ u Sport, l-Onor. Stefan Buontempo, irċieva lit-tirratur William Chetcuti li għadu kemm rebaħ midalja tad-deheb fil-logħob tal-Mediterrran li sar fit-Turkija. Din kienet l-ewwel okkażżjoni fejn atleta Malti rebaħ midalja tad-deheb f’dan il-livell.

F’kelmtejn tal-okkazzjoni, Buontempo feraħ lil William u awguralu aktar suċċess fil-futur. Huwa tkellem dwar kemm il-Gvern huwa kommess li jtejjeb il-livell tal-atleti f’kull dixxiplina sportiva. Is-Segretarju Parlamentari kompla billi semma’ l-korsijiet u t-taħriġ dwar l-isport li jiġu organizzati f’diversi entitajiet sportivi fosthom fl-Iskola Nazzjonali tal-isport, l-MCAST u l-Università.

Huwa feraħ ukoll lit-tim li kien hemm wara s-success li kiseb William Chetcuti, lill-Kumitat Olimpiku Malti, lill-assoċjazzjoni tal-isparar, il-kowċis u anke lill-familja ta’ William għas-sagrifiċċji li għamlu biex William jkun jista jitħarreġ.

Dr. Buontempo tenna jgħid li jrid isaħħaħ l-iskema 20/20 li tinkoraġġixxi lill-impjegati biex bl-għajnuna ta’ min iħaddem ikun jista’ jqassam il-ġimgħa tax-xogħol tiegħu bejn xogħol u taħriġ fl-isport.

Buontempo ppreżenta plakka ta’ tifkira lil William Chetcuti. F’diskors qasir lil għamel William Chetcuti wera x-xewqa li s-suċċess li kiseb ikun aktar rikonoxxut billi jigi megħjun b’mod finanzjarju bl-iskop li hu jkun jista’ jiddedika aktar ħin għal dan l-isport.

Min-naħa tiegħu Chetcuti wera l-midalja tad-deheb li rebaħ fit- Turkija.

Preżenti għal din il-preżentazzjoni kien hemm ukoll l-uffiċjali tal-Kumitat Olimpiku Malti (KOM), is-sur Julian Pace Bonello u s-sur Mark Cutajar. Minn naħa tal-assoċazzjoni tal-isparar kemm ukoll Dr. Carmel Cascun.





Leave a comment