Irnexxieli nikser ir-record ta’ Malti “Barrani” li kienu ġabu l-MOC – Andrea Agius

Tuesday, May 31, 2011, 13:11
Mix-xellug, il-Kowċ Colbourn, Andrew Chetcuti u Andrea Agius f'ritratt meħud ftit tal-ġimgħat ilu

Mix-xellug, il-Kowċ Colbourn, Andrew Chetcuti u Andrea Agius f'ritratt meħud ftit tal-ġimgħat ilu

Logħob tal-Pajjiżi ż-Żgħar tal-Ewropa Minn Sandro Micallef li qed jirraporta minn Vaduz Liechtenstein uffiċjalment għall-Melita Sports.

Malli tela’ mill-ilma wara l-Heat tal-200 metru Medley Andrea Agius deher viżibilment kuntent ħafna u sodisfatt mhux biss għaliex kiser ir-recrod personali u Nazzjonali iżda wkoll talli irnexxielu jagħmilha fil-Finali tal-istess Medley tal-200 metru iktar tard illejla.

F’kummenti li ta lill-ġurnalisti wara dan ir-record hu qal “Ninsab kuntent ħafna għaliex illum juen u anke Andrew Chatcuti irnexielna niksreu r-record tal-Malti “Barrani” Ryan Gambin li l-MOC kienet ġabet Malta sabiex jirrapreżentana fil-passat” Agius żied jgħid li kellu bilfors jgħum ħafna b’saħtu f’din il-Heat għaliex kellu miegħu atleti ta’ fama internazzjonali bħal Stacchiotti tal-Lussemburgu u McKee tal-Iżlanda rispettivament. “Nispera li llejla noffri sfida tajba, lest biex intellaq magħhom issa naraw” temm jgħid Andrea Agius.

Dan l-għawwiem Malti fil-Heat tal-200 metru Medley għamel ħin record personal u kiser ir-record Nazzjonali ta’ Gambin b’ħin ta’ 2:14.46 fejn qabel  l-aħjar ħin tiegħu kien dak ta’ 2:16.70

Fil-Heats ta’ dalgħodu kisru records personali wkoll Andrew Chetcuti fil-100 metru Freestyle f’ħin ta’ 52:00 sekondafejn qabel l-aħjar ħin tiegħu kien 52:25.

Mark Sammut ukoll tejjeb il-ħin personali tiegħu fil-200 metru Backstroke f’ħin ta’ 2:13.47 fejn qabel kellu 2:13.54.

Dawn kollha se jipparteċipaw fil-finali li jibdew fil-5.30pm

Iktar Maltin fil-finali tal-lejla

Għamluha sal-Finali tal-lum  ukoll: Nicola Muscat fil-200 metru Backstroke li kisbet ir-raba’ l-aħjar ħin minn żewġ Heats, Davina Mangion fil-200 metru Butterfly bir-raba’ l-aħjar ħin minn żewġ Heats, Neil Agius bil-ħames l-aħjar ħin, u Nicola Muscat flimkien ma’  Talisa Pace fil 100 metru Freestyle bis-sitt u seba’ l-aħjar ħin kollha minn żewġ Heats ukoll.





4 Comments

  1. Tonio Agius says:

    You have already made Malta proud!! Goodluck for tonight and God Bless you all. Awguri to all of you :-) !!

    [Reply]

  2. Tonio Agius says:

    Andrea and Andrew and Neil and the girls good luck for the final… 

    [Reply]

  3. Tonio Agius says:

    Andrea and Andrew and Neil and the girls good luck for the final… You have already made Malta proud!! Goodluck for tonight and God Bless you all. Awguri to all of you :-) !!

    [Reply]

  4. 123 says:

    well done to all the swimmers….wishing the best of luck for tonight …Malta is behind you

    [Reply]

Leave a comment