Ir-Russi Regghu Gew…..Biex Itejbu R-Risultat Taghhom!

Thursday, December 3, 2009, 22:30

F’Diċembru jista jkun -10º C fir-Russja, -3° C fil-Litwanja, -4° C fl-Iżvezja, -2° C fi Franza u 3º C fir-Renju Unit iżda z-żgħażagħ minn dawn il-pajjiżi, li ser jivvjaġġaw lejn Malta biex jiehdu sehem fl-Ghaxar Edizzjoni tal-Kampjonat Euromed Malta, mistennija jesperjenzaw klima aktar shuna li għandha tagħmel il-parteċipazzjoni tagħhom okkażjoni aktar pjaċevoli u entużjasta.

Euromed PR 09 (Photo 1)

Fil-fatt, din is-sena, il-Euromed se ssir bejn is-17 u l-21 ta’ Diċembru fejn, ghal darb’ohra, il-Bajja tal-Mellieha ser tipprovdi sfond mill-isbah ghat-tigrijiet. Il-Malta Young Sailors Club, fi sħubija mal-Kunsill Malti Ghall-Isport u taħt il-patroċinju tal-Federazzjoni tal-Ibburdjar Maltija, huma l-organizzaturi ta’ dan l-avveniment internazzjonali li din is-sena hu sponsorjat minn Atlas Insurance u Air Malta.

Bħal fis-snin preċedenti barra l-Klassi Optimist, tiġrijiet kompetittivi se jkunu organizzati wkoll għall-Laser 4.7, l-Radial Laser kif ukoll il-dinghies Standard Laser. Fil-klassi Optimist il-flotta ser tkun maqsuma fil-klassi Cadet u l-Klassi Open. Il-dinghy Optimist, rikonoxxut bħala l-akbar klassi junior fid-dinja, b’aktar minn 160,000 ‘kaptani’ f’aktar minn 100 pajjiż, huwa internazzjonalment rinomat bhala ‘one design’ li jinsaq minn bniedem wiehed. Hija l-unika yot approvat mill-Federazzjoni Internazzjonali Tal-Ibburdjar esklussivament għall-baħħara taħt is-16-il sena. Il-kobor ta’ mportanza ta’ din il-klassi hija tali li fl-Olimpjadi ta’ Beijing 2008, 85% tar-rebbieħa tal-midalji fl-ibburdjar kienu bahhara li bdew fuq id-dinghy Optimist.

Se jkun hemm ukoll korsa ghaz-zghar li tkun korsa iqsar għall-baħħara iżgħar Optimist – anki ta’ 8 snin – li huma pjuttost ġodda għal tlielaq fejn ikunu bdew biss esperjenza fl-ibburdjar is-sajf li ghadda.

Fattur sinifikanti inkorporat f’din l-attivita’ huwa l-kunċett sport-turiżtiku tagħha fejn dawn id-dilettanti tal-ibburdjar barranin żgħażagħ, f’ħafna każijiet akkumpanjati minn membri oħra tal-familja, itiru lejn Malta sabiex jipparteċipaw f’attivita pjaċevoli u ta’ sfida, filwaqt li fl-istess zmien iqattghu parti mill-vaganzi tal-Milied taghhom f’Malta. Opportunità li għandha tiġi appoġġata u mħeġġa minn kullhadd, bhal nghidu ahna, mill-Kunsill Lokali tal-Mellieħa, li reċentement ipproklamata l-interess tagħhom għall-promozzjoni ulterjuri tal-Mellieħa bħala destinazzjoni turistika, u wkoll mill-Awtorità Maltija tat-Turiżmu. Il-lukanda uffiċjali għal dawn il-Kampjonati se tkun is-Seabank Hotel, prattikament thares fuq iz-zona tat-tigrija, filwaqt li l-Uffiċċju Tat-Tigrija se jkun Il-Latino Punto Rena Restaurant (ex Tunny Net). Id-dinghies jitnizzlu l-bahar mis-slipways li hemm fil-vicin.

S’issa hemm konfermati 10 bahhara Russi, 3 mill-Iżvezja, 9 mir-Renju Unit, 2 mil-Litwanja, u tifel Franċiż wkoll. Se jkun hemm ukoll 15-kompetituri minn Sqallija, magħmula minn 4 mic- Circolo Velico Kaukana, klabb li jinsab ftit ‘il boghod minn Ragusa, u 6 bahhara Optimist u 5 Laser 4.7 mic-Circolo Velico Reggio.

Hemm relazzjoni tajba ma’ klabbs minn Sqallija. Fil-fatt aktar kmieni din is-sena, f’Ġunju, grupp ta’ ‘Novice mill- Malta Young Sailors Club, akkumpanjati mill-coach tagħhom Simon Psaila, ħadu sehem f’Regatta organizzata mic-Circolo Velico Kaukana. Tim mill-MYSC kien saħansitra f’Reggio ghar-Regatta Internazzjonali tagħhom, fejn iz-żgħażagħ Maltin reġistrati taw numru ta’ riżultati inkoraġġanti. Tom Zammit Tabona u Ella Fleri Soler rebhu l-1 u r-4 post rispettivament fil-Laser 4.7. Edward Fleri Soler spicca fit-3 post fil-Klassi Optimist Open fejn Tom Bonello Ghio jikseb ir-4 post fil-Klassi Cadet.

Madankollu, il-preżenza tar-Russi hija ta’ sinifikat kbir għaliex, ċertament se jistinkaw biex jagħmlu din l-10 edizzjoni waħda speċjali ghalihom wara li s-sena l-ohra, zewg żgħażagħ Russi rebhu t-2 u 3 postijiet globali, bil-Maltija Ella Fleri Soler (18pt) mirbuha b’punt wiehed biss għad-detriment ta’ l-Russu Maxim Nikolaev (19pt). It-Tielet post mbagħad intrebah mir-Russu Alexander Shelting b’21 punt.

Peress li l-Euromed hija Regatta Internazzjonali, l-Organizzaturi huma obbligati li jaħtru Ġurija Internazzjonali li, din is-sena hija magħmula minn Lorenz Walch (Ġermanja), David Lees (Gran Brittanja) u Manuel Santos de Silva (Portugal), taħt il-Presidenza ta’ l-‘Imħallef’ Internazzjonali Malti Peter Valentino. Din il-Ġurija qed tiġi assistita mill-‘imħallfin’ nazzjonali Jovin Rausi u Godwin Zammit.

Huwa interessanti li wieħed isegwi l-andament ta’ numru ta’ baħħara li se jikkontestaw ghall-ewwel darba fil-Euromed fil-Klassi Laser 4.7 għaliex issa laħqu l-limitu ta’ età tal-Klassi Optimist – 15-il sena. Dawn jinkludu lil Thomas Zammit Tabona, rebbieħ tal-Euromed fl-2006 u 2007, kif ukoll rebbieh ta’ midalja tad-Deheb fil-GSSE dan is-sajf fl-Ċipru; Ella Fleri Soler, rebbieħa tal-Euromed tas-sena l-ohra u rebbieha ta’ midalja tal-fidda fil-klassi Optimist f’Monaco fl-2007; kif ukoll Abigail Fenech u Thomas Sammut Alessi. Il-Klassi Laser 4.7 tospita bahhara bejn l-etajiet ta’ 16 u 18.

Huwa ta’ sodisfazzjoni kbir ghall-Malta Young Sailors Club, meta jaraw bahhara li hadu sehem fil-Euromed fil-passat, li issa huma fost l-ekwipaġġ fuq jottijiet lokali fil-Rolex Middle Sea Race. Ismijiet bhal Maya Podesta, Jan Rossi, Sean Borg, u Matthew Scicluna.

Il-Kampjonati Internazzjonali Euromed 2009 jifthu bir-reġistrazzjoni tal-kompetituri nhar il-Ħamis 17 Diċembru. . B’kollox hemm 12-il tigrija ppjanati. Dawn se jkunu mifruxin fuq erbat ijiem, jiġifieri mit-18 sat-21, fejn ikun hemm 3 tigrijiet kuljum, dejjem jekk it-temp jippermetti. Minbarra li l-Euromed huwa l-uniku avvenmiment Internazzjonali ghad-dinghies li jsir f’Malta, huwa wkoll rikonoxxut bħala wiehed mill-avvenimenti ‘ranking’ tal-Federazzjoni Maltija tal-Ibburdjar.

Sena Rebbieha Pajjiz
2000 Lisa Tait (13 il-sena) Irlandja
2001 Ton Thorn (13) Svezja
2002 Matthew Fleri Soler (14) Malta
2003 Valentino Valacchi (14) Italja
2004 Henrik Grim (14) Svezja
2005 Okan Arin (12) Turkija
2006 Thomas Zammit Tabona (12) Malta
2007 Thomas Zammit Tabona (13) Malta
2008 Ella Fleri Soler (15) Malta




Leave a comment