- Sport In Malta - http://www.sportinmalta.com -

Ir-Referees ma jħallsux Taxxa

Posted By Sportinmalta On October 13, 2010 @ 1:24 pm In Featured,Football | 3 Comments

Il-Ġurnal The Malta Independent on Sunday fil-ħarġa tal-Ħadd żvela storja dwar il-fatt li r-referees maltin li jikkontrollow il-partiti tal-football ma’ jħallsux taxxa fuq dak li jaqilgħu. Ġie rrapurtat ukoll li Norman Darmanin Demajo kellu laqgħa diġa’ mad-Dipartiment tat-Taxxi biex ikun medjatur fis-sitwazzjoni biex tiġi r-regolarizzata s-sitwazzjoni tagħhom.

Intant iktar aħbarijiet dwar ir-Referees lokali hekk kif issa hu uffiċjali li Saviour Tanti magħruf bħala Silvio waqaf jirrefja u irtira fuq allegat preblema personali mall-amministrazzjoni tar-referees.

Referee ieħor li ħassra li waqaf hu Karl Frendo Cumbo referee żagħżugħ ta’ 30 sena li wara inċident li kellu fis-SWAN League kien talab lil-MFRA u lill-ex President tal-MFA Joe Mifsud li sabiex hu jirefja irid ikun hemm il-preżenza tal-Pulizja. Frendo Cumbo kien attakkat verbalmemt u intimidat l-istaġun li għadda. U kien saħansitra ġabar petizzjoni mir-referees sħabu bħalasolidarjeta’.  Aħna nappellaw biex titranġa s-sitwazzjoni ma’dan ir-Referee.

Intant ir-Referee Esther Azzopardi waħda mir-Referees emerġenti u tajba fil-logħba tal-football lokali kellha inċident ikrah ta’ min jikkundannah. Filfatt fl-aħħar logħba li rrefjat Hamrun kontra Sliema fejn kellha logħba diffiċli din ġiet mgħajjra ħafna mill-partitarji fuq xi inċidenti bħal fouls u deċiżjonijiet oħra.Sa hemm xejn ħażin li niddeploraw hu l-fatt li xi partitarji għajruha liżbjana…. xi ħaġa kundannabbli għall-aħħar. Kontrattakk għandu informazzjoni li r-Referee Azzopardi innotat dan l-atteġjament u dan il-kliem dispreġġjattiv u rraportat lill-partitarji konċernati fil-match report…..Kuraġġ Esther il-media u minn verament iħobb il-football jinsab warajk u japprezza l-avvanzi kbar li għamilt fil-karriera tiegħek s’issa kemm f’Malta u iktar fix-xena Internazzjonali. 

Michael Fraser jiffirma ma’ Birkirkara

Sa fl-aħħar jidher li Birkirkara serħu rashom dwar it-tieni goalkeeper tagħhom hekk kif il-Ħamis filgħaxija iffirmaw b’mod uffiċjali lill-Goalkeeper Skoċċiż Michael Fraser biex issa jingħaqad ma’ Manuel Bartolo bħala goalkeeper ma’ Birkirkara għal dan l-istaġun wara li kien weġġa’ u kiser idu Lovizon. Jista’ jagħti l-każ li minkejja din il-firma Paul Zammit jiddeċidi li jilgħab lil-Bartolo nhar il-Ġimgħa li ġej fil-konfront kontra Valletta. Fraser lagħab fil-passat ma’ Invernesse u Motherwell.

Bueno każ solvut

Is-Saga ta’ Daniel Mariano Bueno tidher li ntemmet b’wiċċ il-ġid hekk kif issa waslet l-International Clearance mill-Federazzjoni Polakka wara battalja kbira u oġġezzjoni mill-Club li kien miegħu l-istaġun li għadda Odra Slazki ma riedux jitilqugħ minkejja li waqgħu fit-Tieni Diviżjoni u kellhom xi pagi lura miegħu. Saħansitra il-FIFA daħlet f’dan il-każ fejn qatgħata favur ir-Rainbows.Ta’ min isemmi li anke l-MFA offriet l-għajnuna amministrattiva taghħa biex jinqatgħa dan il-każ favur Tarxien. 

Jermain Brincat sospiż 10 logħbiet

Il-player ta’ Floriana Jermain Brincat ġie sospiż xejn inqas minn għaxar logħbiet iżda mhux fil-kampjonat BOV Premier iżda ġie sospiż bħala coach tat-team li jmexxi fil-kampjonat tal-Futsal tat-Tieni Diviżjoni mat-teamTodos FC. Brincat li dan l-istaġun iddeċieda li ma jilgħabx Futsal iżda jikkowċja biss jidher li kellu argument mar-Referee Jonathan Bonello b’dan ir-Referee jidher li ħawwad mhux ħażin f’din il-logħba partikolari. Jidher li l-inċident inqala’ wara li tkeċċa player ta’ Todos u ma tħalliex jidaħħal player ieħor floku wara ż-żewġ minuti stabbiliti mir-regolamenti tal-Futsal. Todos FC se jappellaw mis-sentenza tal-Bord tad-dixxiplina.  

Rupert Perry jista’ jirritorna ma’ Sliema

L-ex Team Manager ta’ Sliema Rupert Perry jista’ jerġa’ jingħaqad ma’ Sliema fl-amministrazzjoni ta’dan it-team. Perry kien irriżenja minn Team Manager għaliex ħada bi kbira ħafna li sar jaf biss minn fuq il-gazzetta l-Orizzont fil-paġni sportivi  li Azzopardi u Woods kienu ingħaqdu ma’ Clubs oħra.


Article printed from Sport In Malta: http://www.sportinmalta.com

URL to article: http://www.sportinmalta.com/ir-referees-ma-jhallsux-taxxa/

Copyright © 2010 Sport In Malta. All rights reserved.