Ir-Referees ma jħallsux Taxxa

Wednesday, October 13, 2010, 13:24

Il-Ġurnal The Malta Independent on Sunday fil-ħarġa tal-Ħadd żvela storja dwar il-fatt li r-referees maltin li jikkontrollow il-partiti tal-football ma’ jħallsux taxxa fuq dak li jaqilgħu. Ġie rrapurtat ukoll li Norman Darmanin Demajo kellu laqgħa diġa’ mad-Dipartiment tat-Taxxi biex ikun medjatur fis-sitwazzjoni biex tiġi r-regolarizzata s-sitwazzjoni tagħhom.

Intant iktar aħbarijiet dwar ir-Referees lokali hekk kif issa hu uffiċjali li Saviour Tanti magħruf bħala Silvio waqaf jirrefja u irtira fuq allegat preblema personali mall-amministrazzjoni tar-referees.

Referee ieħor li ħassra li waqaf hu Karl Frendo Cumbo referee żagħżugħ ta’ 30 sena li wara inċident li kellu fis-SWAN League kien talab lil-MFRA u lill-ex President tal-MFA Joe Mifsud li sabiex hu jirefja irid ikun hemm il-preżenza tal-Pulizja. Frendo Cumbo kien attakkat verbalmemt u intimidat l-istaġun li għadda. U kien saħansitra ġabar petizzjoni mir-referees sħabu bħalasolidarjeta’.  Aħna nappellaw biex titranġa s-sitwazzjoni ma’dan ir-Referee.

Intant ir-Referee Esther Azzopardi waħda mir-Referees emerġenti u tajba fil-logħba tal-football lokali kellha inċident ikrah ta’ min jikkundannah. Filfatt fl-aħħar logħba li rrefjat Hamrun kontra Sliema fejn kellha logħba diffiċli din ġiet mgħajjra ħafna mill-partitarji fuq xi inċidenti bħal fouls u deċiżjonijiet oħra.Sa hemm xejn ħażin li niddeploraw hu l-fatt li xi partitarji għajruha liżbjana…. xi ħaġa kundannabbli għall-aħħar. Kontrattakk għandu informazzjoni li r-Referee Azzopardi innotat dan l-atteġjament u dan il-kliem dispreġġjattiv u rraportat lill-partitarji konċernati fil-match report…..Kuraġġ Esther il-media u minn verament iħobb il-football jinsab warajk u japprezza l-avvanzi kbar li għamilt fil-karriera tiegħek s’issa kemm f’Malta u iktar fix-xena Internazzjonali. 

Michael Fraser jiffirma ma’ Birkirkara

Sa fl-aħħar jidher li Birkirkara serħu rashom dwar it-tieni goalkeeper tagħhom hekk kif il-Ħamis filgħaxija iffirmaw b’mod uffiċjali lill-Goalkeeper Skoċċiż Michael Fraser biex issa jingħaqad ma’ Manuel Bartolo bħala goalkeeper ma’ Birkirkara għal dan l-istaġun wara li kien weġġa’ u kiser idu Lovizon. Jista’ jagħti l-każ li minkejja din il-firma Paul Zammit jiddeċidi li jilgħab lil-Bartolo nhar il-Ġimgħa li ġej fil-konfront kontra Valletta. Fraser lagħab fil-passat ma’ Invernesse u Motherwell.

Bueno każ solvut

Is-Saga ta’ Daniel Mariano Bueno tidher li ntemmet b’wiċċ il-ġid hekk kif issa waslet l-International Clearance mill-Federazzjoni Polakka wara battalja kbira u oġġezzjoni mill-Club li kien miegħu l-istaġun li għadda Odra Slazki ma riedux jitilqugħ minkejja li waqgħu fit-Tieni Diviżjoni u kellhom xi pagi lura miegħu. Saħansitra il-FIFA daħlet f’dan il-każ fejn qatgħata favur ir-Rainbows.Ta’ min isemmi li anke l-MFA offriet l-għajnuna amministrattiva taghħa biex jinqatgħa dan il-każ favur Tarxien. 

Jermain Brincat sospiż 10 logħbiet

Il-player ta’ Floriana Jermain Brincat ġie sospiż xejn inqas minn għaxar logħbiet iżda mhux fil-kampjonat BOV Premier iżda ġie sospiż bħala coach tat-team li jmexxi fil-kampjonat tal-Futsal tat-Tieni Diviżjoni mat-teamTodos FC. Brincat li dan l-istaġun iddeċieda li ma jilgħabx Futsal iżda jikkowċja biss jidher li kellu argument mar-Referee Jonathan Bonello b’dan ir-Referee jidher li ħawwad mhux ħażin f’din il-logħba partikolari. Jidher li l-inċident inqala’ wara li tkeċċa player ta’ Todos u ma tħalliex jidaħħal player ieħor floku wara ż-żewġ minuti stabbiliti mir-regolamenti tal-Futsal. Todos FC se jappellaw mis-sentenza tal-Bord tad-dixxiplina.  

Rupert Perry jista’ jirritorna ma’ Sliema

L-ex Team Manager ta’ Sliema Rupert Perry jista’ jerġa’ jingħaqad ma’ Sliema fl-amministrazzjoni ta’dan it-team. Perry kien irriżenja minn Team Manager għaliex ħada bi kbira ħafna li sar jaf biss minn fuq il-gazzetta l-Orizzont fil-paġni sportivi  li Azzopardi u Woods kienu ingħaqdu ma’ Clubs oħra.





3 Comments

  1. belti kburi says:

    kif dejjem tridu issemmu lilna il beltin….kulhad jiehu dak li haqqu ta tahsibx li ax beltin namlu li nridu..ghira bazwija antkom alina.halluna bi kwitna mela sewwa najdu il beltin lghira ta kullhadd.jekk tridu gid fil football malti kulhadd jilab il loba tal ballun mhux jaraw kif ha jkisru lilna…..qed nitkellem mhux fisem il belt imma bhala partitarju ta football malti..vera il media titfa hafna pressure fuq xi loba tal belt. jekk ma naqbel xejn ma sandro fuq din biss naqbel mijaw ax juza l-ugwaljanza.ilhqu salibkom qabel tmorru al ta haddiehor.ir referees vera jamlu zbalji imma naraw kif ha nirangawom

    [Reply]

  2. Joe Cilia says:

    Green Stein kun ghaf li kwalunkwe referee jista jirraporta kliem hazin fir-rapport tieghu u jekk ikun serju jistaw jitnehhew ukoll il-punti.

    Din tat-tarag naqbel mieghek u esperjenzajta jiena. Ma jistax jkun li tal-Belt jithallew jaghmlu li jridu qishom il-pulizija jibzaw. Jahasra qalftuwhom minn hemm dawn il-pulizija imbasta hafna pompi bl-istewards u mhux stewards. Hemm bzonn security sura. Mhux ta b’xejn tfal u nisa dejjem jonqsu. Imbaghad issa prezz ghola ghalihom!

    [Reply]

  3. Green Stein says:

    X’igifieri esther farrugia tirraporta lill-partitarji fuq kliem hazin??? Mela issa r-referees saru pulizija wkoll f’daqqa wahda??? Dak mhux xoghola imma xoghol il-pulizija imma l-pulizija l-problema hi li meta jridu u fuq kollox ma minn iridu juzaw id-dixxiplina! Mela mario muscat x’missu ghamel kontra l-belt??? Kellu jsejjah lil priministru jew???

    Jien kont ghal loba floriana vs b’kara u s-supporters furjanizi (ghax jien hemm kont) bdew jinghataw l-ordni dakinhar biex ma joqghodux bilwieqfa fil-passagg fejn issoltu jkun hemm is-supporters “fanatici” u bdew jinghataw l-ordni biex jekk iridu joqghodu bilwieqfa joqghodu fit-tarag (li suppost huwa l-aktar post fejn in-nies m’ghandomx jithallew bilwieqfa!)… L-isbah hi li l-gimgha ta wara tlajt nara belt vs hibs u fis-side tal-belt kien hemm in-nies li jkun hemm issoltu bilwieqfa u qed nassumi li hadd ma qallhom xejn la baqaw hemmhekk ux! Dawn l-irqaqat juruk li ahna ghadna lura b’mentalita bazwija u l-ftit nies iffissati li ghadhom jitilghu ground qed jigu tratti qishom sejrin ghal xi purcissjoni jew inkella jew ha tkun parzjali ma kullhadd jew taghmilx frejjeg!

    [Reply]

Leave a comment