Ir-referee Clive Terribile jikkontrolla partiti fl-Ingilterra

Thursday, March 13, 2014, 22:19

Fi tmiem din il-ġimgħa r-referee tal-basketball lokali Clive Terribile se jkun qiegħed jikkontrolla partiti minn National Championships Final   tournament tal-Irġiel u n-Nisa tal-British University. It-tournament li huwa magħruf bħala Bucks Tournament se jintlagħab ġo Sports Dock fl-Universita ta’ East London. Clive Terribile se jkun impenjat fl-ewwel ġurnata tal-kompetizzjoni tan-nisa. Huwa se jkun uffiċjal fl-ewwel partita bejn Northumbria u Edinburgh kif ukoll fi kwarti finali oħra bejn Durham u Leeds. Il-Ħadd jintlagħbu s-semi-finali fejn huwa mistenni li Terribile jikkontrolla żewġ partiti oħra.





Leave a comment