Ir-Rebbieħa tal-BOV Monthly Medals tar-Royal Malta Golf Club

Tuesday, April 30, 2019, 10:20

Membri tar-Royal Malta Golf Club Steve Thurtle, Jay Jay Micallef u Laurens Shulze-Doering huma r-rebbieħa tal-BOV Monthly Medal, l-1 Diviżjoni għal Frar, Marzu u April 2019, rispettivament.

Il-BOV Monthly Medal hija waħda mill-aktar kompetizzjonijiet prestiġjużi fil-kalendarju tar-Royal Malta Golf Club. Din issir kull xahar matul is-sena u tintlagħab b’handicap sħiħ, bil-kompetizzjoni tkun maqsuma f’erba’ diviżjonijiet skont is-saħħa tal-handicap tal-individwu. Ir-rebbieħa kollha tal-midalji ta’ kull xahar fl-erba’ kategoriji awtomatikament jikkwalifikaw biex jikkompetu fil-BOV Monthly Medals, li se ssir f’Ġunju 2019, biex jiġi ddeterminat ir-rebbieħ globali tal-kompetizzjoni. Il-kompetizzjoni hija appoġġjata mill-Bank of Valletta bħala parti mill-impenn tiegħu lejn l-isport lokali.

Mark Agius, Eżekuttiv tal-Wealth Management fil-BOV, flimkien mal-Captain tar-RMGC Thomas Jacobsen ippreżentaw il-midalji lir-rebbieħa u lil dawk li ġġew fit-tieni post fl-erba’ diviżjonijiet u awgurawlhom għas-suċċess li kellhom.

Il-BOV Midalji tax-Xahar ġew ippreżentati kif ġej:

April – Div 1 Laurens Shulze-Doering, R/Up Andy Borg; Div 2 Alex Scudamore, R/Up Ricky Reeves; Div 3 Kevin Donovan, R/Up Ivan Faure; Div 4 Johann (Hans) Antoni;

Marzu – Div 1 Jay Jay Micallef, R/Up Stephen Dodd; Div 2 Thomas Jacobsen, R/Up Alain Guillamier; Div 3 Geoffrey Spiteri, R/Up Victor Satariano; Div 4 David Farmery;

Frar – Div 1 Steve Thurtle, R/Up Martin Azzopardi; Div 2 Cenk Kahraman, R/Up R Reeves; Div 3 Herbert Froelich, R/Up Phil Stevenson; Div 4 Johann (Hans) Antoni.





Leave a comment