Ir-Reazzjoni tal-KOM wara l-każ tal-bejgh ta’ biljetti

Wednesday, June 20, 2012, 23:02

B’riferenza ghal artikli li dehru f’sezzjoni tal-media marbuta ma bejgh ta’ biljetti tal-Loghob Olimpiku f’liema artikli ssemmew il-President l-Imhallef Lino Farrugia Sacco u s-Segretarju Generali s-Sur Joe Cassar, il-Kumitat Olimpiku Malti jinforma fir-rigward :

Ghal Loghob Olimpiku ta’ Londra 2012 : il-KOM kien ircieva bosta offerti minn ATRs (Authorised Ticket Resellers) u wara laqghat tal-Kumitat Ezekuttiv, l-istess Ezekuttiv kien ghazel l-aktar proposta vantaggjuza li kienet dik ta’ Marcus Evans Group.

B’dan gie wkoll infurmat il-Kunsill u ntbghatet ghall-approvazzjoni tal-Kumitat Olimpiku Internazzjonali u tal-Kumitat Organizattiv tal-Loghob Olimpiku ta’ Londra 2012 –minnliema entitajiet il-ftehim gie approvat.

Xi Maltin kisbu biljetti u kien hemm wkoll ic-cans li l-Agent approvat jigi kkuntattjat sahansitra permezz tas-sit elettroniku tal-KOM

Id-dhul rikavat mill-kuntratt ma’ Marcus Evans Group intuza biex ikun jista’ jitjieb il-livell tal-atleti Maltin fil-preparazzjoni taghhom ghall-Olimpijadi ta’ Londra permezz ta’ programm ta’ coaching, training camps, partecipazzjoni f’kompetizzjonijiet internazzjonali u servizzi ohra.

Qatt ma nbieghu biljetti ta’ dan il-Loghob la mill-KOM u l-anqasminnxi ufficjali gholja tal-Ezekuttiv, izda kien l-Agent awtorizzat u rikonoxxut internazzjonalment li seta’ jbiegh skond il-kuntratt ufficjalment approvat mill-KOI u l-LOGOC.

Ghal Loghob Olimpiku tax-Xitwa – Sochi 2014 : li dwarhom qatt qabel il-KOM qatt ma kien irnexxielu jhaddal xejn , il-KOM iltaqa’ ma’ bosta kumpaniji u individwi bl-iskop li dawn ikunu mahtura bhala ATRs konformi mar-regoli internazzjonali.

Fost dawn ir-regoli , dawn il-biljetti ma setghux jinbieghu mill-agent b’mark-up ta’ aktarminn20% u fil-kaz ta’ pajjizi tal-Unjoni Ewropea barra mill-Unjoni Ewropea.

Fost il-bosta persuni ma’ min saru diskussjonijiet kien hemm zewg persuni li f’isem terzi qalu li xtaqu li jigghu mahtura bhala agenti ghal Sochi 2014 kif wkoll xtaqu li jakkwistaw xi biljetti ghall-Olimpijadi ta’ Londra 2014

DwarATRghal Sochi2014 gie spjegat lil dawn iz-zewg persuni li din kienet tista’ tinhadem fuq nomina specifika ta’ATR– bhala Royalty fejn mhux jinbieghu l-biljetti izda kumpanija tigi nominataATRu thallas somma fissa lil KOM bl-iskop li l-fondi jkomplu jservu ghal tahrig ta’ atleti Maltin. Dan ghaliex hemm it-tama li ghall-ewwel darba jkun hemm partecipazzjoni Maltija fl-Edizzjoni ta’ Sochi2014.

Gie wkoll spjegat li kien ikun utili li tigi ffurmata Kumpanija f’Malta minnhom ghal dan l-iskop u li din tiehu hsieb il-bejgh ta’ biljetti.

Fl-istess laqgha dawn iz-zewg persuni talbu biljetti tal-Olimpijadi ta’ Londra 2012 u l-ufficjali Maltin tal-KOM infurmawhom li l-KOM qatt ma kellu biljetti ghal bejgh izda jekk kien possibbli li jinstabu xi agenti li jkollhom biljetti dawn jinfurmawhom.

Fl-ebda hin l-ufficjali tal-KOM qatt ma talbu ebda hlasijiet / mark-ups u / jew percentwali u fl-ebda hin ma kienu ser jixtru biljetti li jbieghu huma stess.

Irrizulta li dawn iz-zewg persuni ma kienux intizi li jkunu ATRs izda kellhom l-intenzjoni qarrieqa li xi nies jaqghu ghan-nasba taghhom .

Il-KOM bl-aktar mod trasparenti bhalma jafu l-ghaqdiet nazzjonali kollha affiljati mieghu dejjem ta rendikont finanzjarju dettaljat u ta’ dak kollu li twettaq u qatt ma nstab li kien hemm xi haga irregolari.

 





1 Comment

  1. Mike Barbara says:

    Mr Farrugia Sacco and Mr Cassar please go home, RESIGN

    [Reply]

Leave a comment