- Sport In Malta - http://www.sportinmalta.com -

Ir-raba’ u l-aħħar ġurnata tat-Tour ta’ Malta 2016

Posted By Sportinmalta On March 20, 2016 @ 9:29 pm In Cycling,Featured,Other | No Comments

Gavin Muscat

20 ta’ Marzu, 2016  

Marie Claire Aquilina tikseb rebha storika………Suċċessi għal Will Corden u Domenico Sicori

It-22 Edizzjoni tat-Tour ta’ Malta tac-Ċiklizmu giet fi tmiem tagħha llum il-Ħadd 20 ta’ Marzu 2016 meta fuq ic-ċirkwit ta’ Bypass ta’ San Pawl il-Bahar u f’ġurnata ohra mill-isbah kellna r-rebha storika minn naha ta’ Marie Claire Aquilina li mhux biss rebhet l-erba’ tapep, izda li kienet ukoll saret l-ewwel Maltija fl-istorja li rebhet il-Kategorija Feminili tat-Tour ta’ Malta. Ic-ċirkwit kien fuq distanza ta’ 83.3 kilometri għal Elite u 66.6 kilometri għal Masters u n-Nisa.

Fil-kategorija tan-Nisa, Marie Claire Aquilina tal-Club The Cyclist reggħet spiċċat ir-rebbieha f’hin ta’ siegħa u 13 il-sekonda biex rebhet l-erba’ tapep tat-Tour fil-Kategorija Feminili. Fit-tieni post reggħet spiċċat Gabriela Nordin (Sterley Racing Team) fl-istess hin ta’ siegħa u 13 il-sekonda, b’Hannah Pace (The Cyclist) tidhol zewg sekondi warajhom.

Għalhekk Marie Claire Aquilina spiċċat fl-ewwel post tal-klassifika Feminili f’hin ta’ 4 siegħat, 18 il-minuta u 15 il-sekonda. Fit-tieni post ikklassifikat Michelle Vella Wood (Greens Team) 4 siegħat, 19 il-minuta u 7 sekondi.  Bjork Kristensodtin (Nria Racing Iceland) spiċċat fit-tielet post     f’hin ta’ 4 siegħat, 19 il-minuta u 55 sekonda. Il-Kategorija tal-Ahjar Ċiklista Maltija ovvjament kienet Marie Claire Aquilina (The Cyclist) li friska mir-rizultati ferm pozittivi fl-Izreal mat-tim Nazzjonali ftit tal-jiem ilu fejn kompliet tikkonferma l-qawwa tagħha meta spiċċat l-ewwel f’hin globali ta’ 04:18:15. Hija kienet  segwita minn Michelle Vella Wood (Greens Team) 04:19:07 u Hannah Pace (The Cyclist) (4:19:58).

Il-kategorija tal-Masters Domenico Sicori tar-Rubino Cippollini Avola rega iddomina fejn spiċċa  it-tigrija 54 minuta u 15 il-sekonda. Fit-tieni post dahal Michael Camilleri (Greens Team) f’55 minuta u 48 sekonda, filwaqt li t-tielet spiċċa Stuart Nelilson (Festin Team) f’56 minuta u 19 il-sekonda. Fil-klassifika Generali tal-Masters spiċċa fuq quddiem Domenico Sicori (Rubino Cippollini Avola) f’hin ta’ 3 siegħat, 48 minuta u 25 sekonda. Warajh ikklassifikaw David Williams (Kuota GSG Spinergy) fi 3 siegħat, 51 minuta u 47 sekonda u Jimmy Jones (Team Optima) b’6 sekonda iktar.

Bhala l-Ahjar Master Malti spiċċa spiċċa Fabio Spiteri (Mosta AF Sign Studio C.C.) fi 3 siegħat, 54 minuta u 39 sekonda. It-tieni spiċċa Michael Camilleri (Team Greens) fi 3 siegħat, 57 minuta u 32 sekonda, filwaqt li Ruben Colombo wkoll tat-Team Greens spiċċa t-tielet (03:59:38).

Il-kategorija principali tal-Elite rega spiċċa fl-ewwel post Will Brown (Planet X North Side) li dahal f’siegħa, 30 minuta u 35 sekonda. Fit-tieni post u fit-tielet post reggħu spiċċaw bhal ġurnata ta’ qabel Luigi Petralia (SCD Acicatena Team) (01:30:37) u Etienne Bonello tat-Team Greens bl-istess hin. Will Corden (Mammoth Lifes Style) spiċċa r-rebbieh tat-Tour f’hin ta’ 6 siegħat, 3 minuti u 55 sekonda. Huwa kien segwit minn Will Brown (Planet X North Side) (06:04:22) u Filippo Ballatore tal-Ballatore Team (06:07:01). Bhala l-Ahjar Malti spiċċa Alexander Pettett (The Cyclist) (06:05:50). Warajh fit-tieni u t-tielet post rispettivament spiċċaw Wayne Spiteri tal-Mosta AF Sign Studio C.C. (06:07:00) u sekonda biss warajh William Hili ta’ The Cyclist.

Fi tmiem it-Tour saru diversi prezentazzjonijiet mis-Sindku ta’ San Pawl il-Bahar Graziella Galea, David Agius il-kelliem għall-iSport minn naha tal-Oppozizjoni, mill-mistieden specjali tat-Tour José Enrique Gutiérrez Cataluña, kif ukoll minn John Zammit, Joe Bajada u Daniel Borg Olivier, President, Segretarju u Tezorier tal-Kumitat Organizzattiv.

Intant iż-żewġ Merit Awards għal din it-22 Edizzjoni tat-Tour ta’ Malta ngħataw lil Nicky Zammit u Mario Saliba. Finalment il-Kumitat Organizzattiv tat-Tour sodisfatt ferm bis-suċċess ta’ dan l-edizzjoni fejn għall-ewwel darba l-Kategorija tan-Nisa ntrebhet minn ċiklista Maltija, jixtieq irodd hajr lil numru kbir ta’ voluntiera li għenu fl-organizzazjoni tat-Tour li mingħajr l-għajnuna kbira tagħhom zgur li dan is-suċċess organizzattiv ma kienx ikun possibli. Hajr iehor kbir imur għac-ċiklisti u l-ufficjali kollha li hadu sehem, lil mistieden Specjali tat-Tour José Enrique Gutiérrez Cataluña, ex-champion tat-time trial Spanjol, kif ukoll lil diversi sponsors fosthom Ministeru għat-Turizmu, Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol, lis-Segretarju Parlamentari għar-Ricerka, Innovazzjoni, Żgħażagħ u Sport, Ministeru għat-Trasport u l-Infrastruttura, Ministeru għall-Izvilupp Sostenibbli, Ambjent u Tibdil fil-Klima, Ministeru għal Għawdex, Sport Malta, l-Awtorita Maltija għat-Turizmu, Kunsilli Lokali tan-Naxxar, NadurTour ta’ malta u San Pawl il-Bahar, lil Korp tal-Pulizija, Transport Malta, Bord Sportiv Għawdxi, Twistees, Farsons (San Michel /Gatorade), Soreda Hotel, David Bakery kif ukoll pubbliku sportiv għal ko-operazzjoni li ntweriet biex b’hekk dan l-avveniment seta’ jsir fl-ahjar sigurta’ tac-ċiklisti.


Article printed from Sport In Malta: http://www.sportinmalta.com

URL to article: http://www.sportinmalta.com/ir-raba-u-l-ahhar-gurnata-tat-tour-ta-malta-2016/

Copyright © 2010 Sport In Malta. All rights reserved.