- Sport In Malta - http://www.sportinmalta.com -

Ir-raba’ rawnd tal-Yamaha Gozo Motocross Championship

Posted By Sportinmalta On January 10, 2018 @ 11:33 am In Featured,Motorsport | No Comments

Il-Gozo Motocross Association tixtieq tavża li nhar il-Ħadd 14 ta Jannar 2018  ser jiġi organizzat ir-raba’ rawnd mill-YAMAHA Gozo Motocross Championship 2018.  L-avveniment jibda  fis-1pm fit-trekk ta’ Xħajma.

Wara li tkompla xi xogħol fuq iċ-ċirkwit, is-sewwieqa membri setgħu jattendu għat-taħriġ biex jippreparaw ruħhom għal taqtigħa interessanti  u kemmxejn iebsa meta jinżlu fuq l-iStarting Gate u jaffaċċjaw rivalità sportiva fuq il-muturi tagħhom. F’kull kategorija, hemm sewwieqa minn Klassi A, B jew Ċ jissieltu biex isibu posthom fuq quddiem ħalli jakkwistaw punti massimi. Fuq nett tal-klassifika, bl-akbar ammont ta’ punti, hemm Etienne Bigeni, li għal sentejn konsekuttivi rebaħ il-kampjonat Għawdxi.

Għal aktar tagħrif wieħed jista’ jżur il-paġna ta’ facebook tal-Gozo Motocross Association li hi https://www.facebook.com/gmagozo/


Article printed from Sport In Malta: http://www.sportinmalta.com

URL to article: http://www.sportinmalta.com/ir-raba-rawnd-tal-yamaha-gozo-motocross-championship/

Copyright © 2010 Sport In Malta. All rights reserved.