Ir-raba’ post se jiġi deċiż fl-aħħar ġurnata

Monday, February 25, 2013, 17:23

KAMPJONAT BANK OF VALLETTA IRĠIEL

minn Colin Schembri

A to Z Electronics Athleta 76

Bupa Luxol 68

(18-14)(16-12)(17-23)(25-19)

 

Fl-aħħar ħinijiet, A to Z Electronics Athleta dawwru l-partita favur tagħhom biex ħadu s-seba’ rebħa tagħhom tal-kampjonat fuq skor ta’ 76-68. Athleta, friski mis-suċċess fin-Knock out,  irnexxielhom joħorġu rebbieħa minkejja li tul il-partita wettqu ammont ta’ turnovers. Bupa Luxol kienu fuq quddiem fl-aħħar sessjoni pero’ l-Amerikan Stephen Shackleford wettaq il-ħames foul tiegħu fis-sitt minuta u n-nuqqas tiegħu inħass. Luxol kellhom nieqsa wkoll lil Andrew Micallef Trigona u Jean Paul Bonnici. Athleta bdew il-partita b’seba’ punti konsekuttivi b’żewġ baskets ta’ David Bugeja. Luxol wieġbu bi trippla ta’ Nikola Vasovic u basket ta’ Adrian Micallef qabel ma Athleta għamlu run oħra ta’ 9-0 bi three pointer ta’ Steve Schembri. Luxol ġew lura u kellhom break ta’ 9-0 qabel intemmet is-sessjoni bl-Athleta minn fuq 18-14. Shawn Pace fetaħ it-tieni perjodu bi trippla għac-champions u wara punti minn Vasovic, Athleta komplew b’sitt punti oħra. Hawn Luxol kellhom run oħra ta’10-0 bi trippla ta’ Shackleford biex naqqsu d-distakk għal punt 26-27. Athleta għalqu l-perjodu b’baskets minn Bugeja u Sebastien Bischoff u fl-intervall kienu 5 minn fuq 31-26.

It-tielet perjodu kien akar maqsum bejn iż-żewġ timijiet. Athleta fetħu bil-punti ta’ Kristin Baldacchino b’Vasovic jagħmel it-tielet trippla tiegħu. Wara li Athleta kellhom break ta’ 8-4, Luxol komplew inaqqsu d-distakk b’iktar punti minn Vasovic f’run ta’ 7-0. Id-distakk reġa’ naqas għal basket fi tmiem is-sessjoni 49-51 u fir-raba’ taqsima Luxol saħansitra marru minn fuq 58-53 wara run ta’ 9-0 b’punti minn Adrian Micallef u Tom Paris. Wara li Marko Todorovic wieġeb għall- Athleta, Shackleford spiċċa fouled out meta kien għad fadal 4 minuti u 14 –il sekonda. Hawn Athleta għamlu seba’ punti mingħajr risposta qabel ma Micallef għamel trippla għal Luxol u naqqas id-distakk għal punt 62-63, Trippla ta’ Schembri u sensiela ta’ freethows minnhu u minn Said ħallew lil Athleta fuq quddiem u minkejja t-tieni trippla ta’ Micallef, Athleta kkontrollaw l-aħħar ħinijiet u rebħu l-partita 76-68.

           

A to Z Electronics Athleta: S. Hagul, D. Bugeja 13, M. Todorovic 12,  M. Giusti, O. Said 14, S. Pace 5, W. Spiteri, K. Baldacchino 11, S. Bischoff 4, S. Schembri 17

Bupa Luxol: C.J. Cordina 2, M. Mercieca 4, A. Micallef 16, J. Willoughby, S. Shackleford 13, J.P. Schembri, N. Vasovic 23, T. Paris 10, E. Bonello, S. Capello.

Referees: Emanuel Mangani, Luke Camilleri, Clive Terribile.

 

Siġġiewi 77

Floriana Francesco Fenech 91

(15-17)(22-23)(27-21)(13-30)

 

Il-partita bejn Siġġiewi u Bupa Luxol se tkun deċisiva biex wieħed minn dawn iż-żewġ timijiet jasal għall-playoffs. Dan wara li Siġġiewi m’approfittawx mir-riżultat ta’ Luxol ġurnata qabel u tilfu l-partita kontra Floriana Francesco Fenech 91-77. Siġġiewi kienu sejrin tajjeb ferm sa’ tlett minuti mit-tmiem il-partita pero’ sensiela ta’ protesti rawhom isofru diversi technical fouls kontrijhom. Floriana kienu mingħajr Sassoun Saakian fil-waqt li David Camilleri ma kienx f’sikktu tant li ħa sehem fil-partita għal ftit sekondi biss. Kienu Siġġiewi li ħadu l-ewwel vantaġġ b’żewġ baskets minn Alan Borg u Marco Matijevic. Floriana wieġbu bil-punti ta’ Dirk Schembri u Matt Glass flimkien ma’ trippla ta’ Chris Sammut. Floriana baqgħu minn fuq għal kumplament tas-sessjoni minkejja li Siġġiewi kellhom trippla minn Borg pero’ kien Dirk Schembri li għamel l-aħħar basket għal skor ta’ 17-15. Fil-ftuħ tat-tieni sessjoni Floriana kellhom run ta’ 13-4 bi trippla ta’ Bevan Camilleri u iktar punti minn Schembri, Glass u Sammut biex fetħu vantaġġ ta’ 9 punti 30-21. Siġġiewi wieġbu bi trippla ta’ Peter Shoults u basket ta’ Eman Xuereb pero’ punti minn Schembri u Glass raw lil Floriana jżommu l-vantaġġ ta’ 9 punti. Fl-aħħar minuta, Siġġiewi kellhom break ta’ 7-1 biex naqqsu d-distakk għal 3 punti fil-halftime 40-37.

Fit-tielet sessjoni Floriana reġgħu żiedu l-vantaġġ tagħhom wara trippli minn Sammut u Camilleri 51-42. Hawn Siġġiewi kellhom run sabiħa ta’ 12-0 bi 8 punti ta’ Shoults fosthom 2 trippli u baskets ta Chris Meier. Din ir-run tathom vantaġġ ta’ 3 punti 54-51 pero’ Floriana reġgħu marru minn fuq 59-56 wara punti ta’ Glass. Siġġiewi għalqu l-perjodu b’iktar trippli minn Shoults flimkien ma’ Meier biex temmewh 3 minn fuq 64-61. Il-bidu tal-aħħar sessjoni baqa’ jkun missielet bil-vantaġġ jinbidel kontinwament. Punti minn Clayton Calleja reġgħu poġġew lil Floriana minn fuq pero’ Siġġiewi ma ċedewx u trippli minn Xuereb u Shoults rawhom jippareġjaw il-partita 77-77. Pero’ Floriana għamlu l-aħħar 14 –il punt tal-partita li 12 minnhom kienu kollha freethrows speċjalment ta’ Camilleri biex rebħu l-partita 91-77.

 

Siġġiewi: N. Falzon, P. Shoults 26, E. Xuereb 7, C. Agius, A. Borg 7, D. Ross, C. Meier 22, A. Fekete 4, M. Matijevic 11.

Floriana Francesco Fenech: A. Baldacchino, B. Scott Camilleri 33, D. Camilleri, M. Glass 18, C. Sammut 10, I. Mercieca 4, C. Calleja 7, D. Schembri 19.

Referees: Emanuel Mangani, Gordon Barbara, Jacques Abeng.

 

Tata Motors Loyola 43

Pavi Depiro 68

(11-15)(9-14)(12-20)(11-19)

 

Pavi Depiro aċċertaw posthom minn post fil-play-offs u kkonfermaw it-tielet post tal-klassifika meta għelbu lil Tata Motors Loyola 68-43. Il-partita kienet pjuttost kwieta biż-żewġ timijiet ikollhom players neqsin. L-aktar milquta kienu Loyola li kienu mingħajr Anton Axiaq, Ivan Buldakov u Jean Paul Azzopardi fost l-oħrajn fil-waqt li Abraham Portelli kien nieqes għal Depiro. Il-partita bdiet bid-Depiro jieħdu l-ewwel vantaġġ wara trippla minn Andrew Aquilina u baskets ta’ Shawn Morgan. Loyola wieġbu bi three pointer ta’ Clint Cassar u basket minn Dom Mazzocchi. Fis-sitt minuta Depiro bdew break qasir ta’ 8-3 biex temmew l-ewwel sessjoni fuq quddiem 15-11. Fit-tieni sessjoni Loyola naqqsu d-distakk wara punti minn Mazzocchi li kien hu li għamel il-punti tagħhom f’din is-sessjoni. Fit-tmien minuta Depiro kellhom trippla minn Roderick Vella u baskets minn David Agius biex fl-intervall kienu 9 punti minn fuq 29-20.

Fit-tielet sessjoni Depiro komplew iżidu l-vantaġġ bi trippla oħra ta’ Vella għalkemm Sean Borg u Cassar wieġbu għall-Loyola. Wara baskets fuq kull naħa, Depiro għamlu break ieħor ta’ 11-4 bi trippli minn Vella u Aquilina biex żiedu l-vantaġġ 49-32. Fir-raba’ taqsima kien hemm il-punti minn Mazzocchi u Cassar favur Loyola b’Vella u Morgan jirrispondu għal Depiro. Wara basket fuq kull naħa, Morgan kellhu tlett baskets konsekuttivi flimkien ma’ Malcolm Mallia. Loyola għamlu l-aħħar punti tagħhom permezz ta’ Borg u Mazzocchi qabel ma Kenez Kun għalaq il-partita b’basket għal Depiro li ħarġu rebbieħa 68-43.

 

Tata Motors Loyola: B. Zammit, A.Timor Sarrio 2, C. Cassar 9, S. Borg 4, L. Azzopardi, S. Vella, D. Mazzocchi 28

Pavi Depiro: R. Vella 13, K. Kun 2, A. Aquilina 9, D. Agius 9, E. Lupo 2, M. Mallia 2, I. Tanti 14, S. Morgan 17.

Referees: Clive Terribile, Emanuel Mangani, Luke Camilleri

 

 

Klassifika Kampjonat Bank of Valletta Irġiel

Team Logħob Rebħ Telf Punti Favur Kontra
Floriana Francesco Fenech

9

7

2

16

787

670

A to Z Electronics Athleta

9

7

2

16

669

575

Pavi Depiro

9

5

4

14

621

590

Siġġiewi

9

4

5

13

601

630

Bupa Luxol

9

3

6

12

666

700

Tata Motors Loyola

9

1

8

10

482

661

 





Leave a comment