- Sport In Malta - http://www.sportinmalta.com -

Ir-raba` edizzjoni tal-Arm Wrestling

Posted By Sportinmalta On April 4, 2018 @ 8:36 am In Arm Wrestling,Featured | No Comments

Nhar is-Sibt 24 ta’ Marzu, saret ir-raba` edizzjoni tal-Arm Wrestling imtella’ mill-Gozo & Malta Armwrestling Events. Il-kompetizzjoni saret fil-klabb tal-bocci ta’ Ħal Lija, quddiem attendenza tajba ħafna. Ikkompetew l-akbar numru ta’ parteċipanti bis-sehem ta’ 37 atleta, fosthom numru ta` barranin li jgħixu f’Malta. Din is-sena l-organizzaturi stiednu lill-heavyweight boxing champion Billy Corito sabiex jirreffja dil-kompetizzjoni. Għalkemm kienet l-ewwel darba għal Corito pero mar tajjeb ħafna.

Il-kompetizzjoni kienet imqassma f`erba kategoriji waħda bix-xellug u tlieta bil-lemin.Tal-lemin kienu ta’ taħt il-75 kilo, ta’ taħt id-90 kilo u Open Category. Ir-rebbieħ u r-runner up ta` kull kategorija ingħataw premju. Ir-rebbieħ tal-Kategorija tax-xellug kien  Bastjan Ciantar u r-runner up kien Carlos Cauchi. Fil-kategorija tal-lemin ta’ taħt il-75 kilo spikka l-atleta mill-Użbekistan Firuzbek Usmanov, li ghalkemm jiżen biss 72 kilo rebaħ ukoll l-Open Category, meta għeleb lil Christian Gatt li ġie l-ewwel mill-Maltin. Il-finalista ta’ taħt il-75 kilo kien Kurt Attard.  Fil-kategorija ta’ taħt id-90 kilo Kersten Mercieca ddedika r-rebħa tieghu għal Daryl Aloysio li kien it-trainer tiegħu u li ħalliena ftit tal-ġimgħat ilu. Ir-runner up f`din il-kategorija kien Rudi Ebejer.


Article printed from Sport In Malta: http://www.sportinmalta.com

URL to article: http://www.sportinmalta.com/ir-raba-edizzjoni-tal-arm-wrestling/

Copyright © 2010 Sport In Malta. All rights reserved.