Ippreżentati l-BOV Water Polo Plejers tas-Sena 2018

Tuesday, August 27, 2019, 11:33

Il-BOV Water Polo Plejers tas-Sena għall-2018 ġew ippreżentati bi plakka kommemorattiva għall-kisbiet tagħhom minn Paul Gauci, Eżekuttiv tal-Bank of Valletta.

Jordan Camilleri (Neptunes WPSC) rebaħ l-unur tal-BOV Premier Division. Jordan kien strumentali biex Neptunes għelbu lil San Ġiljan fil-finali tal-playoff tal-Kampjonat BOV.

L-unur tan-nisa mar għand Louise Cachia ta’ Sliema li hija magħrufa għat-tenaċità tagħha u għall-attitudni tagħha li qatt ma taqta’ qalbha biex wasslet lit-tim tagħha jirbaħ il-Kompetizzjoni BOV Knockout.

Il-Captain ta’ Marsaxlokk Christian Gialanze rebaħ l-unur tal-BOV l-Ewwel Diviżjoni, hekk kif wassal lit-tim tiegħu għal titli ta’ kampjonati konsekuttivi fl-2018.

Neptunes iddominaw il-kategoriji taż-żgħar b’Jeremy Abela jirbaħ l-unur tal-kampjonat U/20, filwaqt li Ken Erdogan u Jake Muscat it-tnejn rebħu l-unur fil-kategoriji tal-U/17 u tal-U/15 għat-tieni sena konsekuttiva. Alec Fenech ta’ Sliema rebaħ l-unur fil-kompetizzjoni tal-U/13.

Ir-rebbieħa f’kull kategorija kienu:
BOV Premier Division: Jordan Camilleri (Neptunes WPSC)
BOV l-Ewwel Diviżjoni: Christian Gialanze (Marsaxlokk ASC)
BOV Kampjonat tan-Nisa: Louise Cachia (Sliema ASC)
Kampjonat U/20: Jeremy Abela (Neptunes WPSC)

Kampjonat U/17: Ken Erdogan (Neptunes WPSC)
Kampjonat U/15: Jake Muscat (Neptunes WPSC)
Kampjonat U/13: Alec Fenech (Sliema ASC)





Leave a comment