Investiment Malti f`turizmu sportiv qed jikkontribwixxi fil-generazzjoni ekonomika tal-pajjiz

Sunday, July 14, 2013, 8:53

It-turiżmu sportiv jista’ jkun pilastru ewlieni fil-ħolqien ta’ opportuniajiet ta’ xogħol u investiment f’Malta. Kull min hu lest li jinvesti fi proġetti ta’ turiżmu sportiv, biex pajjiżna joħloq niċċa li tgħin fil-ħolqien tax-xogħol u l-ġenerazzjoni ekonomika, ser isib il-bieb tal-Gvern miftuħ. Dan qalu sSegretarju Parlamentari għar-Riċerka, l-Innovazzjoni, iż-Żgħażagħ u l-Isport, l-Onor. Stefan Buontempo, meta llum inawgura l-logħob tal-ġinnastika li qed isiru fil-kumpelss GymStars Malta,f’Ħal Tarxien.

Buontempo faħħar l-inizjattiva tail-familja Borg li permezz tar-rieda u l-investiment tagħhom irnexxielhom jibnu intrapriża bbażata fuq turiżmu sportiv. Dan hu xhieda tal-potenzjal li pajjiżna għandu f’dan il-qasam.Huwa kompla jgħid li bħala poplu jeħtieġ li nkunu aktar innovattivi anke f’oqsma bħal sport u turiżmu. Hija l-innovazzjoni li pajjiżna jkun jista’ jikkompeti ma’ oħrajn akbar minna.

Is-Segretarju Parlamentari Buontempo ddawwar ma’ dan il-kumpless mgħammar bil-faċilitajiet kollha u bi standards għoljin, li jħaddem mas-37 ruħ. Dan il-kumpless jinkludi anke akkomodazzjoni għal 92 ruħ kif ukoll restaurant. Din il-faċilità hija mgħammra biex dawk li jiġu jżuru pajjiżna bħala parti minn attivitajiet sportivi jinqdew kollox minn post wieħed.

GymStars Malta torganizza diversi kompetizzjonijiet internazzjonali matul is-sena u jaħdmu ma’ diversi klabbs barranin li b’kollox jattiraw mijiet ta’ parteċipanti fil-kompetitzzjonijiet li jiġu organizzati.





Leave a comment