International tournament and Universiade

Friday, August 18, 2017, 15:00

Il-klabbs affiljati ma ‘l-assoċjazzjoni tal-weightlifting ta’ Malta pparteċipaw fit-turnew internazzjonali ZKC għal kbar waqt il-kompetizzjoni tal-klabbs Maltin. 706 atleti (380 irġiel u 326 nisa) minn 17-il pajjiż differenti pparteċipaw fl-avveniment. L-atleti kienu jinkludu dawk minn nazzjonijiet kbar bħall-Istati Uniti, il-Kanada, l-Awstralja, in-New Zealand, l-Afrika t’Isfel u l-Kamerun

Il-weightlifter femminili Yazmin Zammit Stevens ġabet l-aqwa riżultat għal Malta, hija irnexila tikseb il-raba post minn 71 atleti fil-kategorija ta’ 69kilo b`total ta 176kilo. Dan ir-riżultat huwa ta ‘importanza kbira għaliha peress li l-ġimgħa d-dieħla hi se tkun qed tikkompeti fil-logħob tal-Univesiade fit-Taipei.

Riżultat ieħor pożittiv ħafna ġie minn Elisia Scicluna li poġġija l-għaxar post fil-kategorija ta ’90kilo b’total ta’ 148kilo. Riżultati oħra tajbin ġew minn Pamela Borg, Lara Azzopardi, Daniela Xuereb, Sara Shawky, Rebecca Scerri, Tenishia Thornton u Rebecca Fitz.

L-aħjar riżultati fil-grupp ta ‘l-irġiel ġew minn Kieran Mifsud fil-kategorija 105 kilo b refa totali ta 275 kilo. Huwa akwista il-14 il post fil kategorija tal-kbar u l-ewwel post fil-kategorija taż-żagħar. Riżultati oħra tajbin ġew minn Josef Pisani, Rylee Borg u Ryan Degiorgio.





Leave a comment