International ranking tennis tournament under 16

Tuesday, June 18, 2013, 14:45

Tennis Club Kordin bil-kollaborazzjoni tal-Malta Tennis Federation sejjer ikun qieghed jorganizza l-European U16 Tournament ghal din is-sena. Bhal kull sena dan it-tournament rega gibed lejh numru kbir ta’ tennisti minn diversi postijiet fejn sejrin ikunu qeghdin jiehdu sehem total ta’ 156 tennist/a li minhom 104 huma subien u 52 huma bniet.

It-tournament mistenni jkun ta’ livell gholi fejn fost il-partecipanti nsibu lil Adrian Kowalski mill-Polonja li huwa n-numru 138 fl-Ewropa u Maria Siopacha minn Cipru li hija n-numru 73 fl-Ewropa. Il-kontingent Malti se jkun maghmul minn Zach Ciappara u Benjamin Farrugia fil-kategorija tas-subien u Katrina Sammut, Maria Giorgia Farrugia Sacco,Bettina Booker u Alexia Cassar fil-kategorija tal-bniet. It-tournament jibda b’round ta’ kwalifikazzjoni li se jintlaghab is-Sibt 6 ta’ Lulju 2013 u l-Hadd 7 ta’ Lulju 2013. Signing in f’din il-fazi jsir il-GImgha 5 ta’ Lulju 2013.

Signing in tal-polza principal jsir il-Hadd 7 ta’ Lulju 2013 filwaqt li l-loghob flistess polza jibda jintlaghab mit-Tnejn 8 ta’ Lulju 2013 u jispicca bil-finali s-Sibt 13 ta’ Lulju 2013. It-Tnejn 8 ta’ Lulju 2013 isir is-signing in tal-polza tad-doubles fejn il-loghob f’din il-kategorija jibda it-Tlieta 9 ta’ Lulju 2013. Tennis Club Kordin jixtieq jiehu l-opportunita biex jirringrazzja lil Simonds Farsons Cisk li se jkunu qeghdin jisponsorjaw ghal sena ohra dan ittournament permezz tal-prodott taghhom San Michel Table Water.





Leave a comment