Interess fi Schembri mill-klabb Pollakk Polonia Warsaw

Thursday, April 21, 2011, 17:59

minn Cristian Muscat

Skond rapport li deher fuq l-istazzjon telviżiv Canal plus, wieħed mill-aqwa timijiet mill-Kampjonat Pollakk Ekstaraklasa, Polonia Warsaw huma nteressati fl-attakant internazzjonali Malti ta’ Ferencvaros Andre’ Schembri. Tajjeb nghidu li Klabbs Pollakki jaghmlu ħafna scouting fil-kampjonati Ungerizi, Slovakki kif ukoll Ċeki.

S’ issa Andre’ Schembri li ġie vvuttat l-Isportiv tas-sena fl-aħħar edizzjoni tal-Għażliet Sportivi Nazzjonali, l-Isport Malta Awards, qed jagħmel isem kbir għal pajjizna ma’ Ferencvaros fl-Ungerija fejn dis-sena diga’ skorja xejn inqas minn għaxar gowls – disa’ gowls fil-kampjonat Ungeriż u gowl fit-Tazza Ungeriża u għalhekk mhux ta’ b xejn li qed jattira l-interess ta’ dan il-klabb ewlieni Pollakk.





Leave a comment