Intemmet qabel il-waqt l-avventura ta’ Kane Pisani

Sunday, November 3, 2019, 6:31

Intemmet qabel ma kien previst l-avventura ta’ Malta fl-ewwel edizzjoni tal-FIA Motorsport Games ġewwa ċ-ċirkwit ta’ Vallelunga. Malta ikkompetiet biss fid-Drift Cup fejn kienet rappreżentata minn Kane Pisani. Il-provi bdew isiru waqt xita u trakka mxarrba, allura kienet aktar diffiċli. Sfortunatament waqt l-ewwel provi Pisani sofra ħsara fejn tielef waħda mir-roti ta’ wara. Għalkemm it-tim ta’ Pisani għamlu minn kollox u irnexxilom isewwu il-karozza fil-ħin xorta l-isforz ma kienx biżżejjed biex Pisani jgħaddi għal-kwalifikazzjonijiet tas-Sibt.

Pisani esprima id-diżappunt tiegħu u talab skuża lis-segwaċi wara din l-esperjenza. Min-naħa tagħhom is-segwaċi irrispondew lill-Pisani b’kummenti ta’ nkoraġġiment u awgurawlu li darb’oħra ma jkunx daqshekk żvinturat.





Leave a comment