Ingilterra v Italja mistennija mill-Maltin

Friday, June 22, 2012, 12:25

minn Andre’ Xuereb

Wara li rebħu l-aħħar logħba tal-Grupp tagħhom , l-Ingilterra u l-Italja għaddew għall-Kwarti tal-Finali fejn issa fl-24 ta’Gunju fl-Olympic Stadium ta’Kyiv se jintaqaw kontra xulxin f’logħba li nistennew li ser tkun bilanċjata għall-aħħar.

L-aħħar darba li dawn iż-żewġ timijiet intaqaw kontra xulxin f’logħba kompetittiva kien fil-11 ta’ Ottubru 1997 f’logħba valida għall-kwalifikazzjoni għat-Tazza tad-Dinja 1998,ir-riżultat finali kien dak ta’0-0 u b’hekk it-tim Ingliż rebaħ Grupp 2. Minn naħa l-oħra kien riżultat diżappuntanti għat-Tim Taljan li kien għadu ġej minn draw ieħor ta’ 0-0 kontra l-Ġeorgia f’Tibilisi f’logħba mill-istess Grupp ta’ Kwalifikazzjoni u b’hekk l-Italja spiċċaw fit-tieni post tal-Grupp 2 b’18 il-punt,punt anqas mill-Ingilterra u spiċċaw kellhom jilgħabu l-playoffs fejn għelbu l-isfida tar-Russia b’aggregate ta 2-1 wara żewġ legs.

Il-Ħadd li ġej iż-żewġ settijiet ta’Supporters ser ikunu fiduċjużi li t-tim li jisimpatiżżaw miegħu jista javvanza għall-fażi li jmiss , it-Tim Taljan ilu 13 il-partita mingħajr telfa filwaqt l-Inglilterra qed ikollhom logħbiet posittivi ħafna , għandhom gowlkiper tajjeb u konsistenti kif ukoll centrali difensivi ta’stoffa .Ser tkun logħba miftuħa għal kull riżultat.Iż-żewġ timijiet għandhom plejers validi ħafna li jistaw ibidlu l-andament tal-logħba , li hu żgur li għat-tim Taljan ser ikun hemm nieqes Giorgio Chiellini li weġġa kontra l-Irlanda għalhekk għadu mhux magħruf x’assett tattiku ser ikun qiegħed juża Cesare Prandelli għal din il-logħba.

Minn naħa l-oħra Roy Hodgson ser ikollu l-plejers kollha disponibli , wara l-gowl li skurja kontra l-Ukrajina Wayne Rooney huwa fiduċjuż li jista jerġa jniżżel ismu fil-lista tal-iskorers.Filfatt f’intervista Leonardo Bonucci iddikjara li d-difiża Taljana ma tistax tafda l-Rooney għax huwa attakant li ma l-ewwel ċans li ttih jikkastigak.

Hekk kif tispiċċa l-Euro 2012 huwa ġa deċiż li dawn iż-żewġ timijiet nazzjonali se jerġaw jintaqaw kontra xulxin fil-15 ta’ Awwissu 2012 f’logħba ta’Ħbiberija f’Bern l-Isvizzera.





1 Comment

  1. German Falzon says:

    bravu andre well done habib preview tajjeb dan man

    [Reply]

Leave a comment