Ingħata bidu għall-kampjonat Malti tat-Table Football

Tuesday, October 23, 2018, 14:27

Il-Ħadd li għadda ngħata bidu għall-kampjonat Malti tat-table football li qed jiġi organiżżat mill-M.T.F.S.A.

Dan il-kampjonat li jintlagħab fuq bażi individwali, hu maqsum f’żewġ diviżjonijiet, dik tal-Premier u tal-Ewwel Diviżjoni.

Dan l-istaġun, il-kampjonat ser jintlagħab fuq sitt iħdud. Il-ġranet l-oħra huma is-27 ta’ Jannar 2019, is-17 ta’ Frar 2019, is-17 ta’ Marzu 2019, is-7 ta’ April 2019 u bl-aħħar ġurnata tintlagħab fis-26 ta’ Mejju 2019.

Il-kampjonat ser ikun qed jintlagħab fis-sala tal-każin tal-Banda San Ġorġ f’Bormla, bil-logħob jibda fit-8.30am u jispiċċa fis-2.00pm.

Il-pubbliku mħeġġeġ jattendi għal dawn il-logħbiet u d-dħul hu mingħajr ħlas.





Leave a comment