Indoor Sports u Atletika organizzati mill-MESA

Monday, April 11, 2011, 18:14

Filwaqt li l-Kampjonat tal-Football organizzat mill-MESA riesaq lejn it-tmiem tiegħu, fil-ġimgħat li ġejjin jingħata bidu għat-tournaments ta’ l-Indoor Sports kif ukoll il-ġirja atletika ta’ 5 kilometri. Id-dati kkonfermati sa issa ta’ dawn l-attivitajiet huma kif jidher hawn taħt.
 
Snooker
It-Tournament Individwali tas-Snooker se jintlagħab nhar it-Tnejn, 11 ta’ April fl-Anglo-Maltese League, il-Belt Valletta. Dawk li se jieħdu sehem f’dan it-Tournament huma mitluba jkunu fil-post mhux aktar tard mis-1.00 p.m. sabiex it-Tournament ikun jista’ jibda jintlagħab sas-1.30 p.m. Infakkru li s-Snooker jieħu żmien aktar minn sports ieħor u għalhekk irridu naħsbu biex nibdew fil-ħin. Dawk li se jieħdu sehem f’dan it-Tournament huma mitluba jinfurmawna bl-ismijiet tal-players mill-aktar fis.
 
It-Tournament tat-Teamijiet tas-Snooker għandu jsir aktar ‘il quddiem wara li jiġi kkonfermat in-numru ta’ teamijiet li se jieħdu sehem.
 
Darts
It-Tournament Individwali tad-Darts se jintlagħab nhar il-Ġimgħa, 15 ta’ April fil-Juventutis Domus, iż-Żejtun. Dan ukoll mistenni jibda fis-1.30 p.m. u għaldaqstant dawk li se jieħdu sehem huma mitluba jkunu fil-post sas-1.00 p.m. Inħeġġu wkoll lil dawk li se jieħdu sehem biex jinfurmawna bl-ismijiet tal-players mill-aktar fis.
 
It-Tournament tat-Teamijiet tad-Darts ghandu jsir ukoll aktar ‘il quddiem b’konsultazzjoni mat-teamijiet li beħsiebhom jieħdu sehem.
 
Bowling
It-Tournament tal-Bowling se jintlagħab nhar il-Ħamis, 21 ta’ April fl-Eden Super Bowl, Paceville. F’dan il-każ ir-riżultati miksuba jgħoddu kemm bħala teamijiet kif ukoll individwali. It-Tournament għandu jibda fis-1.30 p.m. u minn din is-sena t-teamijiet se jkunu ta’ tliet players minflok erba’ players.
 
Table Tennis
It-Tournament tat-Table Tennis se jintlagħab nhar il-Ħamis, 21 ta’ April fiċ-Ċentru tat-Table Tennis li hemm f’Ħal Tarxien (bieb ma’ bieb mal-Gym Stars). Hemm il-ħsieb li jintlagħbu kemm it-tournament individwali kif ukoll dak fuq bażi ta’ teamijiet, bil-logħob anke hawnhekk jibda fis-1.30 p.m.
 
Pool
Minħabba li t-Teatru Pandora m’għadux armat bl-imwejjed tal-Pool, din is-sena it-tournaments tal-Pool se jsiru fil-Kulleġġ De La Salle, fejn għandha armat il-Malta Pool Association. Id-dati ta’ dawn it-tournaments għandhom jitħabbru fil-jiem li ġejjin.
 
Atletika
Il-ġirja atletika ta’ 5 kilometri se ssir nhar il-Ħamis, 12 ta’ Mejju fit-triq tas-Salina fis-2.30 p.m. Il-bidu u t-tmiem tal-ġirja se jkunu mill-bajja faċċata tal-Coastline Hotel. Aktar dettalji għandhom jingħataw aktar ‘il quddiem.
 
Ħlas tal-parteċipazzjoni
Infakkru li l-ħlas tal-parteċipazzjoni huwa ta’ €7 kull persuna fil-każ ta’ tournaments individwali kif ukoll għall-ġirja atletika, u €47 kull team għat-tournaments fuq bażi ta’ teamijiet. Fil-każ tal-bowling ikun hemm ħlas wieħed ta’ €50 kull team li jkopri kemm it-teamijiet kif ukoll il-players individwali.

Min ikun irid aktar informazzjoni jista’ jikkuntattja lis-Segretarju fuq Tel. No. 25982423 jew Mob. No. 99461698 jew email mario.a.saliba@gov.mt.





Leave a comment