Inawgurata faċilita’ ġdida tal-Handball fl-Iskola tas-subien fil-Mosta

Saturday, November 17, 2012, 11:38

L-Onor Clyde Puli, Segretarju Parlamentari għaż-Żgħażagħ u Sport dalgħodu inawgura faċilita’ ġdida tal-Handball, fil-Kulleġġ Maria Regina, Skola Sekondarja tas-Subien, Mosta. Din il-faċilita’ hija full size għal logħba tal-handball u l-art li twaħħlet hija magħmula minn materjal professjonali skont l-istandards tal-Federazzjoni Internazzjonali tal-Handball, li kapaċi tilqa’ għall-elementi kollha, fosthom is-sħana tas-sajf. Din il-faċilità se tkun qed tintuża mit-tfal tal-iskola kif wkoll mill-Assoċjazzjoni Maltija tal-Handball wara l-ħinijiet tal-iskola. L-Onor Puli qal din il-faċilità sportiva se tkun qed tingħaqad mal-faċilitajiet sportivi oħra li diġa hemm f’din l-iskola fosthom grawnd bit-turf sintetiku 9-a-side, numru ta’ multipurpose mini pitches, trakka tal-atletika u gym. Huwa saħaq li dawn il-faċilitajiet sportivi fl-iskejjel qed jikkumplimentaw il-politika tal-Gvern biex l-kulleġġi jservu ta’ ċentri għall-komunita’.





Leave a comment