Inawgurat il-grawnd tal-football tas-Swieqi United

Friday, July 5, 2013, 17:37

Fl-iskola primarja ta’ Pembroke, is-Segretarju Parlamentari responsabbli mir-Riċerka, Innovazzjoni, Żgħażagħ u Sport, l-Onor. Stefan Buontempo inawgura l-grawnd tal-futbol tas-Swieqi Utd F.C. li ħa jintuża għat-taħriġ mill-players reġistrati mal-klabb. Barra min hekk it-tfal li jattendu din l-iskola ser jkollhom faċilità li jużaw dan il-grawnd waqt il-ħin tal-iskola.

Dr. Buontempo tenna li bi proġett bħal tal-lum ser igawdu kemm il-membri ta’ dan il-klabb u kif ukoll il-komunità inġenerali.

Dan il-proġett kien iffinanzjat mill-Kunsill Malti għall-Isport (KMS) u anke mill-Good Causes Fund (GCF) b’kollaborazzjoni mal-Malta Football Association (MFA).

Is-Segretarju Parlamentari Buontempo, kompla jgħid li Gvern huwa kommess li jtejjeb il- faċilitajiet sportivi u jagħmel l-aħjar użu mir-riżorsi li għandu biex jitgawdew minn kulħadd.

Buontempo faħħar il-ħidma li qed tagħmel l-MFA u anke għall-impenn tagħhom f’dan il-qasam. ‘Il-Gvern huwa impenjat li jkompli jġib il quddiem l-isport. Qed jara li dan l-isport tal-futbol jitpoġġa fuq sisien sodi biex b’hekk l-isportivi tagħna jtejbu l-livell tagħhom biex ikunu aktar kompetittivi u jiksbu l-aħjar riżultati, kompla Buontempo.





Leave a comment