In Vitro du Bourg jirritorna għar-rebħ

Tuesday, September 21, 2010, 13:41
In Vitro du Bourg jidher jirbaħ it-tiġrija tal-klassi Premier

In Vitro du Bourg jidher jirbaħ it-tiġrija tal-klassi Premier

Misjuq minn Ivan Bilocca, il-Franċiż ta’ erbatax –il sena u popolari In Vitro du Bourg irritorna għar-rebħ wara assenza ta’ ftit ġimgħat. Dan meta l-Ġimgha fil-għaxija fil-korsa tal-Marsa rebaħ it-tiġrija ewlenija dik riservata għal żwiemel tal-klassi Premier. Din kienet tagħmel parti mill-41 laqgħa tal-istaġun fuq tmien tiġrijiet kollha għal żwiemel tat-trott fuq distanza qasira ta’ 2140m.

It-tiġrija tal-klassi Premier rat lil In Vitro du Bourg (Ivan Bilocca) iżid il-pass fl-aħħar metri biex temm l-ewwel f’medja ta’ 1.15.4” u b’vantaġġ ta’ tul mill-kwotat Think Yatzee (Clint Vassallo), Liosco Atout (Herman Mc Kay) u Madis Boy (Charles Camilleri).

Ir-riżultati kollha:
I Tiġrija – Klassi Copper. Dist – 2140m. 1. Hulegardens Filur (N. Baldacchino) Ħin – 3.01.2” (1.24.7”) 2. Pamir Point (R. Gatt) 3. Loulou de la Rose (C. Camilleri) 4. Panchero (D. Ellul)

II Tiġrija – Klassi Bronze. Dist – 2140m. 1. Orlando Dix (C. Camilleri) Ħin 2.48.7” (1.18.8”) 2. Chilly Beast (H. Mc Kay) 3. Ocean du Loisir (C. Vassallo) 4. Dandy (R. Polidano)

III Tiġrija – Klassi Bronze. Dist – 2140m. 1. Royal Crafts K (C. Zahra) Ħin – 2.46.5” (1.17.8”) 2. Kalifant de Jemma (D. Ellul) 3. Bankir Zon (C. Vassallo) 4. Klaxon de la Croix (C. Xerri)

IV Tiġrija – Klassi Silver. Dist – 2140m. 1. Family’s Moonlight (J. Carabott) Ħin – 2.47.2” (1.18.1”) 2. Mac du Boult (T. Demanuele) 3. Nico d’Orme (R. Azzopardi) 4. Mr King (F. Tanti)

V Tiġrija – Klassi Gold. Dist – 2140m. 1. Quick Cape (J. Farrugia) Ħin – 2.44.5” (1.16.9”) 2. Nasdaq du Closet (E. Zerafa) 3. Bodrero (O. Briffa) 4. Cornetto As (B. Hili)

VI Tiġrija – Klassi Gold. Dist – 2140m. 1. Kejser Flamingo (R. Gatt) Ħin – 2.44.2” (1.16.7”) 2. Count Of Life (M. Ellul) 3. Schekjen Bill (R. Micallef) 4. Never Better (D. Ellul)

VII Tiġrija – Klassi Premier. Dist – 2140m. 1. In Vitro du Bourg (I. Bilocca) Ħin – 2.41.4” (1.15.4”) 2. Think Yatzee (C. Vassallo) 3. Liosco Atout (H. Mc Kay) 4. Madis Boy (C. Camilleri)

VIII Tiġrija – Klassi Silver. Dist – 2140m. 1. Marco Barbes (B. Hili) Ħin – 2.44.2” (1.17”) 2. Falco (G. Attard) 3. Kandy du Fruitier (N. Baldacchino) 4. Nomeo de Marina (J. Said)

Rebħa għal Charles Degiorgio fl-Isvezja
Nhar il-Ġimgħa fil-għaxija fil-korsa ta’ Mantorp fl-Isvezja, is-sewwieq u trainer professjonali Malti Charles Degiorgio rebaħ tiġrija fil-korsa ta’ Mantorp permezz tal-Olandiż Zilver Boko. Din it-tiġrija saret fuq distanza ta’ mil u Zilver Boko, propjeta’ tal-Malti Gejtu Sammut, kellu medja ta’ 1.14.1” fil-kilometru.





Leave a comment