In-Naxxarin fis-seba’ sema!

Sunday, August 25, 2013, 9:56

minn Robert Busuttil


Naxxar Lions ……2

Qormi …………….1


It-tim promoss ta’ Naxxar Lions b’wirja mill-aqwa kisbu l-ewwel rebħa tagħhom fil-Premier meta għelbu lil Qormi bl-iskor ta’ 2-1. Spikka għall-iljuni Naxxarin il-barrani tagħhom Gilmar da Silva Ribeiro li skorja doppjetta filwaqt li kien ukoll fiċ-ċentru ta’ diversi azzjonijiet fid-dipartiment offensiv.

Għal Qormi din kienet it-tieni telfa konsekuttiva u filwaqt li ddiżapuntaw iridu jaraw x’se jagħmlu sabiex joħorġu minn din il-kriżi ta’ riżultati. Huma ħolqu diversi ċansijiet lejn il-lasti ta’ Azzopardi iżda dan tal-aħħar ma ċediex pulzier u salva diversi xuttijiet indirizzati mill-attakkanti Qriema.

Fit-18 –il minuta Naxxar Lions fetħu l-iskor meta GILMAR DA SILVA RIBEIRO nkariga ruħu minn frikik bix-xutt tiegħu ħalla lil Farrugia iħares bil-ballun jispiċċa fir-rokna tax-xibka.

Lanqas laħqu għaddew żewġ minuti li l-istess GILMAR DA SILVA RIBEIRO reġa sab il-ballun f’saqajh u filwaqt li avvanza fil-kaxxar Qormija wiċċ imb’wiċċ mal-gowler Farrugia ddribiljah u xeħet f’xibka vojta sabiex irdoppja l-iskor. Sekondi qabel ma spiċċat l-ewwel taqsima rajna l-gowl tal-bandiera ta’ Qormi. Kellna  korner tajjeb ta’ Roderick Bajada li wara taħwida fil-kaxxa difensiva, pront daħal RODERICK SAMMUT li b’xutt fil-baxx tefa’ fix-xibka.

 

Qormi ppruvaw iwettqu reazzjoni permezz ta’ xuttijiet ta’ Bezzicheri, Effiong u Pisani li dejjem sabu ir-risposta mmedjata tal-gowler Naxxari.

B’hekk wara din ir-rebħa Naxxar jinsabu fl-ewwel post tal-klassifika b’erba’ punti minn żewġ logħbiet.





1 Comment

  1. Gordon G Camilleri says:

    Qat ma naf kemm ilna premier li bdejna daqsek hazin il-Qriema ! liktar fattur li qet jitfghna lura din is -sena hu li il-baranin li lghabu sa issa ma humiex ta kalibru ta baranin li kelna is-sena lohra u fattur ihor hijja id-difisa ma jistax ikun jekk trijd izhom postok mal-kbar taqla 6 f’zewg loghbiet. ma dana kollu xorta nejd proset lin-Naxxar lions.

    [Reply]

Leave a comment