Imut Lev Rossoshik Viċi President tal-AIPS Europe

Sunday, October 28, 2018, 16:22
L-Għaqda Ġurnalisti Sports tibgħat il-kondoljanzi tagħha lill-komunita’ tal-ġurnalisti tal-Isport tar-Russja hekk kif tħabbret il-mewt tal-ġurnalist popolari veteran Russu Lev Rossoshik li miet fl-eta’ ta’ 71 sena.
Lev Rossoshik kien awtur ta’ diversi kotba dwar l-isport u ġurnalist li segwa mill-viċin ħafna avvenimenti internazzjonali tal-isport. Hu miet wara marda li ħakmitu fl-aħħar snin.
Rossoshik serva bħala Viċi President tal-AIPS Europe għal xejn inqas minn 15 -il sena u kien għal snin twal ukoll Chairman tal-AIPS Volleyball Commission.
Lev Rossoshik kien f’Malta sentejn ilu meta ltaqa’ l-kumitat Eżekuttiv tal-AIPS Europe fejn kien inawgura wkoll il-wirja fotografika tal-isport organizzata mill-Għaqda Ġurnalisti Sports.




Leave a comment