Imut l-ex attakkant ta’ Valletta FC Charles Zammit

Saturday, December 25, 2010, 19:37
Charles Zammit

Charles Zammit

Tħabbret il-mewt tal-ex attakkant ta’ Valletta FC Charles Zammit fl-eta’ ta’ 66 sena.

Zammit kien lagħab mat-tim belti għal erba’ staġuni bejn l-1965 u l-1969, fejn minn 36 partita skorja 12-il gowl.
Jibqa’ mniżżel bhala l-eroj belti meta kien il-protagonista fir-rebħ taż-żewġ unuri tal-Cassar Cup, f’perijodu ta’ nixfa ta’ suċċessi hekk kif it-tim kien għaddej minn fażi ta’ transizzjoni.
 
Fl-ewwel suċċess tal-Cassar Cup fl-1966 kien skorja hat trick fir-rebħa ta’ 3-1 fuq Sliema W. Fit-tieni finali, dik tal-1968, Valletta kienu reġgħu għelbu lil Sliema W., din id-darba 2-1 u f’dik il-loghba, Charles kien skorja l-gowl tar-rebħa.
Minbarra Valletta FC, Charles Zammit lagħab ukoll għal staġun wieħed ma’ Hamrun S. (1964/65) u ma’ Żebbuġ R. fl-istaġun 1969/70 fejn kien għen lit-tim żebbuġi jikseb il-promozzjoni mit-tieni għall-ewwel diviżjoni





7 Comments

  1. carmel farrugia says:

    Naghti l-kondoljanzi lill-familjari u qraba ta’ Charles kif ukoll lil kull min kien iltaqa mieghu ghax verament it-telfa tieghu tolqot hafna nies. Dawn l-ahhar tlett snin li ilni nafu, dejjem rajt f’Charles persuna onesta, sinciera, edukata, u ta’ rispett kbir. Shabi kollegi tieghi fil-korp tal-Pulizija li kellhom ix-xorti bhali li sirna nafu lil Charles lkoll jikkonfermaw dan li qed nghid. Kien igibilna rispett kbir specjalment lejn l-uniformi taghna. Afsa ta’ Qalb meta niftakar lil Charles jghidli kemm kien ihobb il-Milied u kemm ihobb jarma ghal din il-festa. U proprju l-Hallieq ghazel il-gurnata tal-Milied biex ihaddnu mieghu. Il-funeral wera verament min kien charles u hekk kien jisthoqlu. Grazzi ta’ kollox Charles u nibqghu niftakru fik fit-talb taghna.

    [Reply]

  2. Carmel Farrugia says:

    Naghti l-kondoljanzi lill-familjari u qraba ta’ Charles kif ukoll lil dawk kollha li kellhom ix-xorti li jkunu jafu lil Charles. Ilni naf lil Charles ghal tlett snin u mill-ewwel indunajt kemm charles kien bniedem onest, sincier, edukat, qalb u tajba u dejjem lest b’dik it-tbissima ghal haddiehor. Dan jikkonfernawh shabi kollegi tieghi fil-pulizija li kellna x-xorti niltaqghu mieghu. Kemm kien joffri mill-qalb minn dak li kien ikollu. Zgur li Charles diga qed igawdi lill-hallieq li haddnu mieghu proprju fil-festa tal-Milied li tant kien ihobb. Hekk kien jghidli kemm ihobb il-Milied u jhobb izejjen id-dar. Grazzi ta’ kollox Charles u nibqghu niftakru fik fit-talb taghna.

    [Reply]

  3. Jesmar (his son) says:

    Big Thanks for who published this ….I am sure that your ex football friends will have you in their thoughts. Your soul in now free dad…U have been my inspiration & a fantastic dad…love you so much :-(

    [Reply]

    belti kburi Reply:

    il kondoljanzi habib.ahna dejjem warajkom jesmar.missierek  bniedem li se jibqa flistorja glorjuza ta team ta valletta fc

    [Reply]

  4. Max Zammit says:

    Grazzi. Kollu minnu li qed tghid Angelo! Il-funeral ser isir ghada t-Tlieta fid-9am fil-knisja ta San Gejtanu l-Hamrun.

    [Reply]

  5. rodney ciantar says:

    L-ghomor

    [Reply]

  6. ANGELO GATT says:

    Nghati l-kondoljanzi lil familja ta Charles Zammit. Sirt nafu xi sentejn ilu meta kien jahdem ma kumpanija tas-sigurta.Persuna ta ftit kliem,serju w bi tbissima fuq wiccu. Meta titkellem mieghu, ghal kull xejn, jghidlek ” ANY HOW” u konna nigustawh. Cert li qieghed hdejn il-mulej li tant habbejt habib tieghi Charlie

    [Reply]

Leave a comment