Imut George Schembri

Sunday, February 5, 2012, 21:14
Tħabbret il-mewt tas-sewwieq u trainer veteran George Schembri, magħruf l-aktar mad-dilettanti bħala “il-bubuna”. Schembri miet fir-residenza tiegħu fil-Marsa.
Imwieled f’familja ta’ dilettanti, u ikkunsidrat fost l-aqwa sewwieqa li qatt ħarġu minn pajjiżna, Schembri jibqa’ mfakkar ukoll għar-rebħ ta’ numru ta’ finali importanti speċjalment fis-snin tmenin u disgħin. Għal xi snin hu kien ukoll jockey ewlieni tal-galopp u anki involut fl-amministrazzjoni tal-isport bħala rappreżentant tas-sidien u s-sewwieqa fi ħdan il-kunsill tal-Malta Racing Club.
Minn din il-paġna tas-sit, nixtiequ nagħtu l-kondoljanzi lill-familja tiegħu.




Leave a comment