Impennji fi Franza u l-Belġju għal referee lokali

Monday, November 24, 2014, 22:18

Wara logħbiet rispettivi fl-Italja u fit-Turkija aktar kmieni dan ix-xahar, ir-referee internazzjonali lokali tal-basketball, Bernard Vassallo, se jerġa jkun impenjat fl-ambitu Ewropew fil-ġranet li ġejjin wara li rċieva nominazzjonijiet oħra mill-FIBA Europe.

Fil-fatt, matul din il-ġimgħa, ir-referee lokali Bernard Vassallo se jmur Franza biex nhar l-Erbgħa 26 ta’ Novembru huwa jikkontrolla il-partita valida mir-raba’ ġurnata ta’ Grupp B tal-FIBAEurope Euroleague li se tintlagħab ġewwa l-Palais des Sports du Prado bejn iċ-champions Franċiżi Bourges u t-Torok Agu Spor Kayseri.

Wara tliet ġranet ta’ kompetizzjoni, Fenerbahce qegħdin l-ewwel fi Grupp B bi tliet rebħiet waqt li Bourges għandhom żewġ rebħiet. Kayseri kellhom suċċess wieħed li wasal ġimgħa ilu f’darhom kontra l-iSpanjoli ta’ Salamanca.

Bħala uffiċjali għal din il-logħba, Vassallo, li hu r-referee prinċipali, se jkollu miegħu lil Chris Dodds (Skozja) u Aso Jermno (Svezja).

Ġimgħa wara, Vassallo se jkun impenjat f’żewġ partiti ġewwa l-Belġju meta nhar it-Tlieta 2 ta’ Diċembru huwa se jirreffja l-partita valida minn Grupp G tal-FIBA EuroCup ġewwa l-Lotto Arena f’Antwerp bejn l-istess Antwerp u l-Franċiżi Nantes.

L-għada, l-Erbgħa 3 ta’ Diċembru, Vassallo jerġa jkun impenjat fil-Belġju meta f’Waterloo huwa se jirrefja l-partita valida minn Grupp E tal-FIBA EuroCup bejn Castors Braine u l-Franċiżi Carolo Basket.

Għal dawn iż-żewġ partiti fil-Belġju, Vassallo se jkun ukoll ir-referee prinċipali u miegħu se jkun hemm Gavin Williama (Renju Unit) u Michel Glod (Lussemburgu).

Leave a comment