Impenn internazzjonali ieħor importanti għal referee lokali

Wednesday, March 12, 2014, 22:48

Matul din il-ġimgħa, ir-referee Malti tal-basketball Bernard Vassallo se jerġa jirritorna fi Spanja u jikkontrolla t-tmien partita internazzjonali tiegħu mill-kompetizzjonijiet FIBA fl-istaġun 2013/14 hekk kif irċieva nominazzjoni oħra mportanti għal playoffs mill-istess FIBA Europe.

Fil-fatt Vassallo, nhar l-Gimgħa 14 ta’ Marzu, se jkun qed jikkontrolla il-partita mistennija mill-playoffs tal-FIBA EuroLeague li se tintlagħab ġewwa l-Pabellon Wurzburg bejn Salamanca u t-Torok ta’ Galatasaray.

Din se tkun t-tieni partita mis-serje ta’ playoffs fuq l-aħjar minn tliet partiti wara li nhar it-Tlieta 11 ta’ Marzu, ġewwa Istanbul, Galatasaray fl-aħħar ħinijiet ħarġu rebbieħa 70-61 u jinsabu rebħa il-bogħod milli jikkwalifikaw għal Final 8 li se jsiru f’April ġewwa r-Russja.

Minn naħa l-oħra, Salamanca jridu bilfors rebħa f’darhom nhar il-Gimgħa sabiex jisfurzaw it-tielet partita decisiva fis-serje li mbagħad, jekk ikun hemm bzonn, tintlagħab nhar l-Erbgħa 19 ta’ Marzu ġewwa Istanbul.

L-uffiċjali l-oħra għal partita ta’ nhar l-Erbgha, minbarra Vassallo, se jkunu Haydn Jones (Renju Unit) u Paolo Marques (Portugall).





Leave a comment