Impenn ieħor f’logħob ta’ kwalifikazzjoni ta’ EuroBasket 2017 għal referi lokali

Tuesday, November 24, 2015, 19:17

Ir-referi internazzjonali lokali tal-basketball BernardVassallo rċieva nominazzjoni oħra f’logħob ta’ kwalifikazzjoni għal EuroBasket 2017 wara l-logħba Italja kontra Albanija ta’ nhar is-Sibt ġewwa l-Italja.

Fil-fatt, nhar l-Erbgħa 25 ta’ Novembru, Vassallo se jmur il-Lussemburgu fejn se jkun involut fil-partita internazzjonali ta’ kwalifikazzjoni valida minn Grupp D tal-FIBA EuroBasket 2017 femminili li se tintlagħab fil-Le Coq Arena bejn il-Lussemburgu u s-Serbja.

It-triq lejn EuroBasket 2017 bdiet fi tmiem il-ġimgħa bis-Serbja, li huma c-champions Ewropew renjanti, jimmiraw li jerġgħu jirrepetu s-suċċess miksub fis-Sajf li għadda. Dan il-grupp, magħmul minn erba’ pajjiżi nkluż wkoll il-Ġermanja u l-Ukrajna, huwa wieħed minn total ta’ disa’ gruppi.

Bħala uffiċjali għal din il-partita nternazzjonali, Vassallo, se jkollu miegħu lil Karol Delaune (Franza) u Adalstein Hjartasson (Svizzera).





Leave a comment