Impenn ieħor fl-Italja għal referee lokali

Tuesday, December 3, 2013, 11:30

Ir-referee internazzjonali lokali tal-basketball Bernard Vassallo se jerġa jirritorna l-Italja, wara logħba ġewwa Reggio Emilia ġimgħatejn ilu, hekk kif irċieva nominazzjoni oħra mill-FIBA Europe.

Fil-fatt Vassallo, nhar it-Ħamis 5 ta’ Diċembru, se jkun qed jikkontrolla il-partita valida minn Grupp A tal-FIBA EuroLeague li se tintlagħab ġewwa l-Pala Campagnola bejn it-team Taljan Famila Schio u c-champions Slovakki Kosice, żewġ naħat li kienu finalisti fil-Final Eight f’Marzu li għadda.

Din hija r-raba’ ġurnata tal-kompetizzjoni bi Schio preżentamant mingħajr telfa, inkluż żewġ rebħiet barra minn darhom, fejn qed jaqsmu l-ewwel post fil-grupp, magħmul minn sitt teamijiet, flimkien mac-champions Ewropej Ekaterinburg. Kosice jinsabu pass wara, b’żewġ rebħiet wara li ġimgħa ilu huma tilfu bi skor strett ta’ 72-68 kontra Ekaterinburg.

L-uffiċjali l-oħra għal din il-partita, minbarra Vassallo li huwa r-referee prinċipali, se jkunu Florin Grigoras (Rumanija) u Luka Kardum (Kroazja).





Leave a comment