Impenn fl-Ungerija għal referee lokali
Tuesday, November 21, 2017, 16:52Ir-referee internazzjonali lokali tal-basketball Bernard Vassallo se jmur il-Bulgarija biex nhar l-Erbgħa 22 ta’ Novembru huwa jikkontrolla il-partita valida mill-ħames ġurnata tal-fazi tal-gruppi minn Grupp A tal-FIBA EuroLeague li se tintlagħab fin-Novamatic Arena ġewwa Sopron bejn ic-champions Ungerizi Sopron u Castors Braine minn Franza.
Bħala uffiċjali oħra għal din il-logħba, minbarra Vassallo li hu r-referee prinċipali, se jkun hemm Goran Sljivic (Awstrija) u Zdenko Tomasovic (Slovakkja).
