- Sport In Malta - http://www.sportinmalta.com -

Impenn fit-Turkija għal referee lokali

Posted By sportinmalta1 On January 19, 2015 @ 9:02 pm In Basketball,Featured | No Comments

Ir-referee internazzjonali lokali tal-basketball, Bernard Vassallo, se jerġa jkun impenjat fl-ambitu Ewropew fil-ġranet li ġejjin wara li rċieva is-seba’ nominazzjoni staġjonali mill-FIBA Europe.

Fil-fatt, matul din il-ġimgħa, ir-referee lokali Bernard Vassallo se jmur it-Turkija biex nhar l-Ħamis 22 ta’ Jannar huwa jikkontrolla il-partita ta’ ritorn mill-aħħar sittax tal-FIBA Euro Cup li se tintlagħab ġewwa l-Besiktas Arena f’Istanbul fejn Besiktas se jilqgħu lill-Ungeriżi ta’ Pecs.

L-Erbgħa li għaddew, ġewwa l-Ungerija, Besiktas dawru r-riżultat fl-aħħar perjodu li rebħu 20-10, biex għalqu l-logħba 61-56 favurihom.

Bħala uffiċjali għal din il-logħba, Vassallo, li hu r-referee prinċipali, se jkollu miegħu lil Sebastian Clivaz (Svizzera) u Borislav Peltekov (Bulgarija).


Article printed from Sport In Malta: http://www.sportinmalta.com

URL to article: http://www.sportinmalta.com/impenn-fit-turkija-ghal-referee-lokali/

Copyright © 2010 Sport In Malta. All rights reserved.