- Sport In Malta - http://www.sportinmalta.com -

Impenn fir-Repubblika Ċeka għal referee lokali

Posted By sportinmalta1 On December 9, 2013 @ 5:35 pm In Basketball,Featured | 1 Comment

Ir-referee internazzjonali lokali tal-basketball Bernard Vassallo se jkompli bl-istaġun pożittiv tiegħu fil-kamp Ewropew hekk kif irċieva nominazzjoni oħra mill-FIBA Europe għal din il-ġimgħa.

Fil-fatt Vassallo, nhar l-Erbgħa 11 ta’ Diċembru, se jkun qed jikkontrolla il-partita valida minn Grupp Ċ tal-FIBA EuroLeague li se tintlagħab ġewwa l-Folimanka Hall fi Praga bejn ic-champions Ċeki USK Praga u t-team qawwi Litwan Vilnius.

Din hija l-ħames ġurnata tal-kompetizzjoni bi Praga preżentament jinsabu fl-ewwel post tal-grupp, kompost minn sitt teamijiet, b’erba’ rebħiet konsekuttivi waqt li Vilnius, wara telfa f’darhom ġimgħa ilu ta’ 55-68 kontra Spartak Moscow, qegħdin jaqsmu t-tielet post b’żewġ rebħiet, rebħa l-bogħod minn Galatasaray li jinsabu t-tieni.

Fl-aħħar partita minn naħa tagħhom, Praga lagħbu barra minn darhom u għelbu lic-champions Pollakki, Polkowice, 67-64.

L-uffiċjali l-oħra għal din il-partita, minbarra Vassallo li huwa r-referee prinċipali, se jkunu Sergiy Chaykovskyy (Ukrajna) u David Berekashvili (Georgia)


Article printed from Sport In Malta: http://www.sportinmalta.com

URL to article: http://www.sportinmalta.com/impenn-fir-repubblika-ceka-ghal-referee-lokali/

Copyright © 2010 Sport In Malta. All rights reserved.