Impenn fil-Belġju għal Bernard Vassallo

Thursday, December 8, 2016, 20:53

Gavin Muscat

Matul din il-ġimgħa r-referee nternazzjonali tal-basketball Bernard Vassallo se jerġa jkun impenjat fl-ambitu Ewropew.

Fil-fatt, nhar l-Erbgħa 7 ta’ Dicembru, Vassallo se jkun impenjat ġewwa n-Namur City Arena fil-konfront validu mil-ħames ġurnata minn Grupp E tal-FIBA Euro Cup bejn il-Belġjani ta’ Namur u Nymburk mir-Repubblika Ċeka.

It-tim ta’ uffiċjali għal din il-partita, minbarra Vassallo, li hu r-referee prinċipali, hu kompost minn Florin Grigoras (Rumanija) u Marion Miklosik (Skozja).

Bernard Vassallo





Leave a comment