Impenn f’Ċipru għal referee lokali

Tuesday, December 4, 2012, 15:15

Ir-referee internazzjonali lokali tal-basketball, Bernard Vassallo, irċieva nominazzjoni oħra mill-FIBA bid-destinazzjoni tkun Ċipru wara li ftit ġranet ilu kellu impenn doppju fit-Turkija fosthom rebħa mimina, iżda bi skor għoli, ta’ 93-91 ta’ Fenerbahce fuq Kosice.

 

Vassallo, nhar it-Tlieta 4 ta’ Diċembru, se jkun qed jikkontrolla il-partita valida minn Grupp G tal-FIBA Euro Challenge maskili u li se tintlagħab ġewwa l-Apollon Basketball Hall bejn Limassol ta’ Ċipru u Minsk (Belarus).

 

Minsk, immexxija mill-Amerikan Ja Juan Smith u r-Russu Alexander Kudrautsau, jinsabu fit-tieni post tal-grupp b’żewġ rebħiet minn erba’ partiti waqt li Limassol, li f’Brandon Brown għandhom l-aqwa skorer assolut tal-kompetizzjoni b’medja ta’ 24 punt kull logħba, jinsabu eżatt warajhom u meta fadal żewġ ġranet għal tmiem din il-fażi huma jridu jirbħu kontra Minsk biex jibqgħu jisfidaw għal kwalifikazzjoni lejn l-aħħar sittax fejn jgħaddu l-ewwel żewġ timijiet minn kull grupp.

 

L-uffiċjali l-oħra għal din il-parita, minbarra Vassallo, se jkunu Yaari Raanisch (Iżrael) u Giorgos Tanatzis (Greċja).





Leave a comment