Impenn f’Charleroi għal referee lokali

Tuesday, January 14, 2020, 22:42

Ir-referee internazzjonali lokali tal-basketball Bernard Vassallo din il-gimgha se jerga jkun impenjat f’nominazzjoni, din id-darba, gewwa l-Belgju. Nhar l-Erbgha 15 ta’ Jannar huwa se jikkontrolla il-partita valida mill-ghaxar ġurnata minn Grupp A tal-FIBA EuroLeague femminili li se tintlagħab gewwa s-Spiroudome Arena f’Charleroi bejn it-tim ospitu u champions Belgjani Castors Braine u t-tim qawwi Russu Nadezhda Orenburg. Prezentament Orenburg jinsabu jaqsmu t-tilet post waqt li Castors huma r-raba’ fil-grupp maghmul minn tmien timijiet. Fl-ewwel round kontra Castors, Orenburg kienu rebhu f’darhom 62-55. Bħala uffiċjali oħra f’dawn iz-zewg partiti, minbarra Vassallo, se jkun hemm Nikolaus Somos (Grecja) u Marin Ortiz (Franza).





Leave a comment