Impenn Ewropew għal referee lokali

Friday, October 20, 2017, 9:44

Ir-referee internazzjonali lokali tal-basketball, Bernard Vassallo se jerġa jkun impenjat fl-ambitu Ewropew din il-ġimgħa meta se jmur l-Italja biex nhar l-Ħamis 19 ta’ Ottubru huwa jikkontrolla il-partita valida minn Grupp H tal-FIBA Euro Cup femminili li se tintlagħab ġewwa l-Palaminardi ġewwa Ragusa bejn Virtus Ragusa u Barriero mill-Portugal.

Din hija t-tieni ġurnata fil-fazi tal-gruppi u z-zewġ naħat rebħu fl-ewwel ġurnata b’Virtus jirbħu barra minn darhom 74-56 kontra Szekszard waqt li Barreiro għelbu lil Nymburk 70-62.

Bħala uffiċjali għal din il-logħba, minbarra Vassallo li hu r-referee prinċipali, se jkun hemm Stylianos Simeonidis (Greċja) u Kyriacos Christou (Ċipru).





Leave a comment