Impenn doppju f’Andorra għat-tim nazzjonali Malti tal-Futsal

Tuesday, July 12, 2016, 18:09

Gavin Muscat

It-tim nazzjonali Malti tal-futsal immexxi mill-kowċ Peter Pullicino, matul din il-ġimgħa se jkollu żewġ logħbiet ta’ ħbiberija kontra t-tim nazzjonali tal-Andorra. Dawn iż-żewġ logħbiet se jintlagħbu f’Andorra La Vella nhar l-Erbgħa 22 ta’ Ġunju fit-8:30pm u l-Ħamis 23 ta’ Ġunju fis-7:30pm.

Iż-żewġ timijiet l-aħħar li ltaqgħu kien f’Malta stess, fir-rawnd preliminari tal-EURO Futsal li sar f’Jannar tas-sena 2015. F’dan il-konfront l-Andorra ħarġu rebbieħa bl-iskor ta’ 4-0.

It-tim nazzjonali Malti se jkun magħmul mill-gowlkipers Clint Mifsud u Matthew Xerxen, flimkien mal-plejers Mark Zammit, Carl Azzopardi, Matthew Attard, Jovica Milijic, George Frendo, Daniel Mifsud, Chris Cardona,  Nicola Del Re , Gary Inguanez, Ryan Gilmour Cassar, Christian Wismayer u Jason Mifsud.

Għal Cassar din se tkun l-ewwel esperjenza tiegħu mat-tim nazzjonali, wara li kellu staġun ferm tajjeb ma’ Sirens. Huwa ngħaqad magħhom f’Jannar li għadda u lagħab ukoll fil-finali tal-Ewwel Diviżjoni kontra ċ-ċampjins Sliema Wanderers.

L-istaff tekniku flimkien ma’ Pullicino se jkun magħmul mill-assistent tiegħu Zeljko Anicic, it-Team Manager John Mizzi, il-Fiżjoterapista Leandros Calleja, il-Kit Manager u Joseph Micallef se jkun il-Kap tad-Delegazzjoni Maltija.

Peter Pullicino





Leave a comment