Impenji ghal-lottaturi Maltin

Sunday, May 26, 2013, 9:10

Il-lotta Maltija se tkun impenjata sewwa minn Mejju sa Diċembru 2013 f’kompetizzjonijiet internazzjonali.

F’Mejju Malta se tieħu sehem fil-Gran Prix ta’ Sassari fil-gżira ta’ Sardenja u ftit wara f’Ġunju żewġ lottaturi se jattendu taħriġ ġewwa Ruma flimkien mat-tijm nazzjonali Taljan. F’Ġunju wkoll Malta se tieħu sehem fil-lotta fil-Logħob tal-Mediterran ġewwa t-Turkija. F’Lulju jmissu l-Kampjonati tal-Lotta tal-Commonwealth f’Edinburgh flIskozja.

L-impenji nternazzjonali tal-lottaturi Maltin jintemmm bit-Tielet Edizzjoni tal-Malta Open f’Diċembru, avveniment internazzjonali organizzat mill-Federazzjoni Maltija Lotta.





Leave a comment