- Sport In Malta - http://www.sportinmalta.com -

Impenji fl-Ewropa għal referees lokali

Posted By sportinmalta1 On November 5, 2014 @ 7:21 pm In Basketball,Featured | No Comments

Il-kompetizzjonijiet tat-tazzi Ewropej tal-klabbs fi ħdan FIBA Europe se jibdew matul din il-ġimgħa u ż-żewġ referees internazzjonali lokali tal-basketball irċevew nominazzjonijiet għal ġranet li ġejjin.

Fil-fatt, matul din il-ġimgħa, ir-referee lokali Bernard Vassallo se jmur l-Italja biex nhar il-Ħamis 6 ta’ Novembru huwa jikkontrolla il-partita valida mill-ewwel ġurnata ta’ Grupp B tal-FIBAEurope Euroleague li se tintlagħab ġewwa l-PalaCampagnola bejn iċ-champions Taljani ta’ Schio u ċ-champions Spanjoli Salamanca.

Bħala uffiċjali għal din il-logħba, Vassallo, li hu r-referee prinċipali, se jkollu miegħu lil Nuno Monteiro (Portugall) u Peter Zenis (Slovakkja).

Ġimgħa wara, Vassallo se jkun impenjat fit-Turkija meta nhar l-Erbgħa 12 ta’ Novembru huwa se jirreffja l-partita valida minn Grupp A tal-FIBAEurope Euroleague li se tintlagħab ġewwa Istanbul bejn ic-champions Torok kif ukoll champions renjanti tal-Euroleague Galatasaray kontra c-champions Slovakki Kosice.

Għal darba oħra Vassallo se jkun ir-referee prinċipali u miegħu se jkun hemm Luka Kardum (Kroazja) u Tamas Foldhazi (Ungerija).

Fl-istess waqt, ir-referee l-ieħor lokali nternazzjonali, Gordon Barbara se jmur il-Portugall fejn nhar l-Erbgħa 5 ta’Novembru huwa se jikkontrolla l-partita valida mill-ewwel ġurnata ta’ Grupp E tal-FIBA EuroCup f’Lisbona bejn Lombos Cascais u l-Ungeriżi Miskolc. L-uffiċjali tal-logħba, minbarra Barbara, huma Maziej Nazimek (Irlanda) u Gian Luigi Giancecchi (San Marino).


Article printed from Sport In Malta: http://www.sportinmalta.com

URL to article: http://www.sportinmalta.com/impenji-fl-ewropa-ghal-referees-lokali/

Copyright © 2010 Sport In Malta. All rights reserved.