Imniehdi software ġdid għall-coaches Maltin

Saturday, December 17, 2011, 19:59

 

Robert Gatt and Mr Norman Darmanin Demajo

Robert Gatt u s-Sur Norman Darmanin Demajo

minn Catherine Micallef.

MFA Teammanager.com huwa l-isem tas-software il-ġdid immirat lejn il-coaches tat-timijet Nazzjonali Maltin. Dan tħabbar kmieni dalgħodu waqt konferenza stampa indirizzata mill-President tal-Malta Football Association Norman Darmanin Demajo ġewwa ċ-Ċentru Tekniku f’ Ta’ Qali.

Is-Sur Darmanin Demajo fetaħ din il-konferenza stampa billi stqarr kemm hu bħala President jemmen fil-potenzjal tan-nies kreattivi li hawn f’pajjiżna u lest li joħloq kull opportunita għalihom. Filfatt, enfasizza fuq il-bżonn li ċ-Ċentru Tekniku fi ħdan l-Assoċjazzjoni jkun Open Learning Centre. Il-President tal-Malta Football Association faħħar ix-xogħol siewi li qed jagħmel Robert Gatt, id-Direttur Tekniku taċ-Ċentru Tekniku tal-MFA fejn qed isir ħafna xogħol biex l-investiment ikun fil-plejers żgħar u biex anki iwasslu l-plejers Maltin jieħdu sehem f’kompetizzjonijet barra minn xtutna.

Robert Gatt spjega fid-dettall lil coaches preżenti u lill-ġurnalisti l-mod kif jaħdem dan is-software ġdid tant utli għall-coaches Maltin. Permezz tal-MFA Teammanager.com, coach jista’ jżomm rekord fuq kull plejer – apparti l-informazzjoni personali fuq il-plejer, coach jista’ jżomm rekord tal-istorja tal-plejer (ma’ liema klabbs lagħab), l-abbilta teknika u l-abbilta tattika ta’ kull plejer, ritratti ,eċċ…  Dan is-software se jagħti opportunita wkoll lill-coach biex iżomm id-dettalji tal-plejers kollha wara kull sessjoni ta’ taħriġ u b’hekk coach jista’ jkollu l-informazzjoni dettaljata u miġbura tal-plejers kollha tiegħu.

MFA Teammanager.com li ġie żiluppat minn Stefan De Battista u Stefania Cristina jagħti wkoll iċ-ċans lill-coach biex it-testijiet li jsiru lill-plejer ikkonċernata jinżammu fir-rekord. Dan billi t-tabib jimla l-formola apposta online u fl-aħħar kemm jagħmel save. B’hekk il-coach ikollu wkoll aċċess għar-riżultati tal-plejers tiegħu. It-testijet jinkludu: Physical Training, Anthropometric & Body Composition data, Flexibility u Conditional Tests / Endurance, u l-Cooper Test. 

Jekk il-coach idaħħal l-informazzjoni b’mod regolari finalment jista’ anki joħroġ graphs u jara l-average tat-tim tiegħu, jikkumpara l-plejers, etc… Is-software jagħti wkoll spazju għall-iscouting li jagħmel il-coach u anki finalment l-informazzjoni dwar il-plejer tista’ tiċċaqlaq hekk kif il-plejer ibiddel it-tim tiegħu (l-informazzjoni dwar it-taħriġ u t-testijiet ma tintbagħtx).

Dan is-software tant utli se jintuża mill-coaches tat-timijet Nazzjonali tal-kbar, Under 21, Under 19, Under 17, Under 15, Under 13, Futsal u Nisa’. Hemm il-ħsieb ukoll li fil-futur dan is-software jiġi addattat anki għall-coaches  tat-timijet tal-Premier.

Branco Nisevic explaining how the match analysis programme works

Branco Nisevic jispjega kif jaħdem il-Match Analysis Programme

It-tieni parti ta’ din il-konferenza stampa kienet fdata f’idejn il-coach Branco Nisevic fi ħdan iċ-Ċentru Tekniku tal-MFA. Nisevic ta’ spjegazzjoni dettaljata ta’ kif issir il-Match Analysis tal-logħbiet internazzjonali tat-timijet billi l-logħba tiġi ‘uploaded’ fis-sistema u tinqasam f’partijiet differenti biex b’hekk wieħed ikun jista’ jara l-mod tekniku u tattiku li lagħab it-tim Nazzjonali u dak avversarju. Bla dubju, biex wieħed idaħħal din l-informazzjoni viżwali kollha jeħtieġ ħafna ħin u xogħol u l-MFA għandha l-ħsieb ukoll li timpjega persuna apposta fuq dan ix-xogħol.

Fi tmiem il-konferenza stampa, il-President tal-Malta Football Association, is-Sur Darmanin Demajo saħaq fuq il-fatt li l-MFA ma taħdimx biss għat-timijet Nazzjonali iżda għall-klabbs kollha fi ħdanha. Finalment hu ta l-awgurju tiegħu lil dawk preżenti għal dawn il-ġranet ta’ festi.





1 Comment

  1. Alex Caruana says:

    mutetti dawn u dejjem naqghu ghan nejk nazzjonal alex

    [Reply]

Leave a comment