Imniedi l-Istaġun tal-Basketball tal-BOV 2018/19

Wednesday, September 19, 2018, 7:45

L-Istaġun tal-Basketball tal-BOV 2018/2019 ġie mniedi uffiċjalment matul konferenza stampa li saret ġewwa l-Padiljun tal-Baskitbol Ta ‘Qali.

Paul Sultana, President tal-Malta Basketball Association ħabbar bi pjaċir li l-BOV 1st Division League se jkollu din is-sena seba’ timijiet, minn ħamsa fl-aħħar staġun, bil-BOV Amateur League b’ħames timijiet.

‘Dan l-istaġun se jara timijiet li jkollhom massimu ta’ 3 plejers barranin, b’2 plejers Maltin jilagħby ‘l-ħin kollu’ qal il-President tal-MBA. ‘Dan se jelimina ċerti mistoqsijiet imqajma mill-kunċett tal-‘Barrani Lokali’ introdott is-sena li għaddiet bil-plejers Maltin li se jkunu qed jitħarrġu u jiksbu esperjenza mill-plejers barranin irreġistrati mal-klabb tagħhom.’

“Dan il-kunċett sperimentali għandu l-għan li jelimina l-ħtieġa li timijiet jilagħbu plejers żgħar ħafna, li jistgħu ma jkunux lesti għall-ogħla livell tal- basketball lokali’ qal is-Segretarju Ġenerali tal-MBA Joseph Muscat. ‘Plejers barranin għandhom ukoll ikunu rreġistrati ma’ age-group partikolari mal-klabb tagħhom, hekk jekk player barrani, għalkemm ta ‘età żgħira, huwa rreġistrat mat-tim tal-kbar, ma jistax jilgħab ukoll fil-kategorija iżgħar, u b’hekk jagħti aktar ċans ta’ logħob lill-plejers lokali.’

‘Aħna kuntenti ħafna li naraw żieda fit-timijiet fl-Ewwel Diviżjoni tal-Baskitbol tal-BOV u nieħu din l-opportunità naqwgura lit-timijiet kollha għall-istaġun li jibda fl-aħħar ta’ din il-ġimgħa bit-Tazza Indipendenza’, qal iċ-Chief Officer tal-BOV Peter Perotti. “Aħna ħerqana għal Staġun tal-Basketball eċċitanti ieħor li juri l-livell dejjem jiżdied ta’ logħob f’ambjent kompetittiv b’saħħtu.”

Il-poloz għall-kompetizzjonijiet tal-BOV Basketball Knockout ġew mtellgħa kif ġej:





Leave a comment