Imniedi il-kalendarju tat-tlielaq tal-2020 ta-Royal Malta Yacht Club

Wednesday, February 5, 2020, 11:00

L-ewwel avveniment tal-kalendarju tar-Royal Malta Yacht Club għall-2020 kienet il-kruċiera kostali li saret  is-Sibt 1 ta’ Frar waranofsinhar.  Flotta ta’ tnax-il jott tal-Klassi Cruisers, l-ikbar sal-lum, gawdew tluq kemm xejn kwiet mill-Port ta’ Marsamxett lejn il-Munxar u lura.

Il-kundizzjonijiet tat-temp ħfief fil-ġurnata rriżultaw li l-avveniment ra żewġ dgħajjes biss li rnexxielhom ikomplu l-korsa fil-limitu tal-ħin li ngħata għall-ġurnata. Il-jott ta’ Aaron u Edward Gatt Floridia – Otra Vez spiċċa l-ewwel segwit mill-jott Aziza ta’ Ilgonis Balodis.  Minkejja dan, l-ekwipaġġi l-oħra wrew li ħadu gost hekk kif spiċċaw fir-Royal Malta Yacht Club għal ftit ħin soċjali wara t-tellieqa.

Il-baħħara t’esperjenza Daniel Fenech, Zach Zammit u Karl Miggiani, li tellqu fuq il-jott Dods, ħadu l-opportunità sabiex dan l-avveniment ikun introduzzjoni tajba għat-tliet membri tal-ekwipaġġ ġodda – Rachel Borg, Sean Fenech u Rachel Vella Fenech. Daniel Fenech ikkummenta “Vera ħadna gost ntellqu. Kien ta’ pjaċir li wieħed jara numru ta’ jottijiet ta’ din il-kategorija fuq il-baħar. Għalkemm din kienet ‘cruise’ xorta kien hemm element ta’ kompetizzjoni li lkoll kemm aħna ħadna gost biha. Ninsabu ħerqana għall-avveniment li jmiss!”

Sentimenti simili kienu maqsuma mill-membri tal-ekwipaġġ ta’ Comanche Raider III, Ramon Sant Hill, Daniel Bartolo u Mark Muscat li ngħaqdu mal-ekwipaġġ tal-jott Serious Fun. Proprjetà ta’ Jan Versteeg u Sally Jackson, din kienet l-ewwel ħarga ta’ din id-dgħajsa f’avveniment tal-Klabb. Magħhom ingħaqdu Kurt Camilleri u Paul Masters li lkoll sabu din il-cruise bħala opportunità eċċellenti biex jidħol fix-xena tal-ibburdjar mal-RMYC u wkoll qegħdin jistennew bil-ħerqa l-avveniment li jmiss.

Il-baħħar regolari Fernando Grech, li ħa sehem fuq Kon Tiki, kien kuntent li jara flotta mdaqqsa, u ħeġġeġ bil-qawwa d-dgħajjes kollha tal-din il-kategorija sabiex jipparteċipaw f’dawn l-avvenimenti. L-esperjenza fi tlielaq hija irrilevanti f’dawn l-avvenimenti għax l-għan u li wieħed iqatta’ ftit sigħat ma’ nies li kollha għandom il-passjoni tal-ibburdjar, stqarr Grech.

“L-għan ewlieni ta’ dawn il-Cruises huwa li jattiraw aktar dgħajjes fil-kategorija tal-Cruisers għal avvenimenti tal-Klabb. B’ħafna mid-dgħajjes tat-tlielaq bħalissa jkunu qegħdin jgħaddu minn manutenzjoni, kien tajjeb li wieħed jara ftit mill-baħħara tat-tiġrijiet jitilgħu abbord xi wħud mid-dgħajjes tal-cruising”, spjega Peter Dimech, Rear Commodore (Sailing), Royal Malta Yacht Club.

Il-Cruise li jmiss se jsir is-Sibt 8 ta’ Frar, bl-ewwel sinjal ta’ twissija f’12: 55hrs. Il-Cruise hija miftuħa għall-cruisers kollha u kif ukoll dawk li mhumiex membri tar-Royal Malta Yacht Club.

Għall-iktar informazzjoni jew biex tirreġistra wieħed għandu jibgħat email lis-Segretarjat tal-Klabb fuq info@rmyc.org.

Ir-reġistrazzjonijiet għandhom jintbagħtu sa mhux aktar tard mis-17.00 tal-Ġimgħa 7 ta ‘Frar. Briefing qasir se jsir fir-Royal Malta Yacht Club nhar il-Ġimgħa 7 ta’ Frar fis-19: 00.





Leave a comment