Imniedi il-BOV Tennis Masters Tournament 2018

Wednesday, December 12, 2018, 21:35

Il-BOV Tennis Masters Tournament 2018 se jinżamm bejn is-17 u t-23 ta’ Diċembru 2018. Tradizzjonalment l-aħħar kampjonat tas-sena, dan it-tournament jara s-sehem tat-8 plejers bl-ogħla ranking f’Malta.

Il-kampjonat tnieda matul konferenza stampa li saret fil-Marsa Sports Club u indirizzata minn Dr David Farrugia Sacco, President tal-Malta Tennis Federation u Charles Azzopardi, Eżekuttiv PR & Marketing fil-Bank of Valletta.

L-ewwel seed Matthew Asciak se jipprova jkompli jestendi is-sensiela mingħajt telfa f’dan it-tournament. Ir-rebbieħ tal-aħħar ħames edizzjonijiet, Asciak huwa mistenni li jiffaċċja kompetizzjoni serja għat-titlu inkluż l-finalist tas-sena li għaddiet Omar Sudzuka, kif ukoll il-veteran Mark Gatt u l-ex finalist Denzil Agius fost l-aqwa plejers tat-Tennis f’ Malta.

‘Aħna nħarsu ‘l quddiem biex nagħlqu s-sena bi spettaklu ta’ tennis mill-aqwa plejers ta’ Malta f’kampjonat li nantiċipaw ser ikunu missielet mill-partċipanti kollha’ qal Dr Farrugia Sacco filwaqt li rringrazzja lill-Bank of Valletta għall-appoġġ kontinwu tiegħu. ‘Bi pjaċir naraw din il-lista ta’ stilel lokali li se jpparteċipaw, veterani kif ukoll żgħażagħ li huma l-futur tat-Tennis Malti.’

‘Bħala sostenitur kbir ta’ inizjattivi sportivi f’Malta, il-BOV Tennis Masters Tournament 2018 ikkonsolida lilu nnifsu bħala l-aħħar kampjonat tas-sena li huwa appoġġjat mill-Bank’ qal Charles Azzopardi. “Aħna ħerqana biex naraw jekk Matthew Asciak jestendix id-dominju tiegħu jew jekk inkunu se naraw champion ġdid eżatt qabel il-Milied.

Il-BOV Tennis Masters Tournament 2018 qed jiġi ospitat mill-Marsa Sports Club. Il-plejers jinqasmu f’żewġ gruppi ta ‘erba’ plejers, fejn jilagħbu fuq bażi round robin bl-aqwa 2 plejers minn kull grupp jikkontestaw is-semi-finali, bil-finali tintlagħab il-Ħadd 23 ta’ Diċembru 2018. Il-Poloz finali se jiġu ppubblikati fi żmien qasir.

 





Leave a comment