Imnehdija l-Union Players Malta

Monday, March 14, 2011, 6:00

Ilbieraħ filgħaxija waqt il-programm popolari Kontrattakk, ipprżentat minn Caroline Attard u Simon Farrugia fuq TVM ġie żvelat dan li ġej waqt ir-rokna popolari X’Qed Jinħema.

IMNEHDIJA L-UNION PLAYERS MALTA

U sa fl-aħħar waslet uffiċjali Il-Union Players Malta, li se tirrapreżenta lill-players Maltin fi ħdan il-GWU. Dan tħabbar f’konferenza stampa li saret ilbieraħ filgħodu mill-ogħla uffiċjali tal-istess union flimkien mar-rappreżentanti tal-players.

Waqt din il-konferenza ġie żvelat li aktar minn 80 player diġa issieħbu f’din il-union u n-numru mistenni jkompli jikber fil-ġimgħat li ġejjin.

Din il-Union diġa għamlet tentattivi sabiex tissieħeb fil-FIFpro li hija l-organizazzjoni internazjonali tal-players filwaqt li diġa intalbet li ssir laqgħa mal-ogħla uffiċjali tal-MFA, fosthom il-President Norman Darmanin Demajo u r-rispons kien wieħed pożittiv. Kontrattakk jawgura li din il-union ikollha suċċess sabiex tħares id-drittijiet tal-players f’pajjizna.

OKONKWO LURA MA’ DINGLI S.?

Kulħadd jaf kif f’Jannar li għadda Valletta biex iffirmaw lil Andrade Antunes kienu akkwistaw lil Joseph Okonkwo għal kollox mingħand Dingli Swallows bl-għan li jkunu jistgħu jitrassferuh barra l-pajjiż u b’hekk jagħmel wisa’ għall-Brażiljan.

Għaldaqstant, Kontrattakk għandu iformazzjoni konkreta li n-Niġerjan mhux talli għadu Malta iżda ilu għal dawn l-aħħar tliet ġimgħat jitħarreġ mal-istess Dingli Swallows. Min jaf… ħa jerga jilgħab  mal-iSwallows l-istaġun li ġej? Nistaqsu aħna.. it-transfer li sar ftit tal-ġimgħat ilu x’sar minnu?

RAYKOV VIĊIN PIETA’ H.

Il-Bulgaru li ftit tal-ġimgħat ilu kien coach ta’ Floriana jidher li diġa jaf x’se jkun id-destin tiegħu għall-istaġun li ġej hekk kif bdew taħdidiet mall-klabb tal-ewwel diviżjoni Pieta’ H.

Kontrattakk illum jiżvela wkoll li għaddejjin taħdidiet oħra mal-President ta’ Floriana Johann Said bl-għan li jinstab kompromess bejn il-coach Bulgaru u l-klabb tal-Vilhena. Il-kwistjoni tinsab viċin li tissolva hekk kif inhu mistenni li l-Greens ikollhom iħallsu lil Raykov xi forma ta’ kumpens peress li hu kien għadu taħt kuntratt.

L-ONOR. BORG IŻUR LIL HABER F’BUDAPEST

Bla dubju, Ministeru li bħalissa għaddej minn perjodu mill-aktar inpennjattiv huwa dak tal-affarijiet barranin fejn matul din il-ġimgħa stajna insegwu fl-aħbarijiet lil Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Affarijiet Barranin l-Onor. Tonio Borg iżur bosta pajjiżi sabiex jipparteċipa f’bosta laqgħat bil-għan li tissolva l-kwistjoni tal-kriżi fil-Libja.

Kontrattakk għandu informazzjoni li filwaqt li d-delegazzjoni Maltija kienet f’Budapest nhar il-Ħamis li għadda sar reċiviment għall-komunita’ Maltija li tgħix fl-Ungerija fil-lukanda Corinthia bil-mistieden speċjali jkun il-goalkeeper Internazzjonali Malti Justin Haber. Għal din l-okkażjoni kien mistenni jattendi wkoll il-player Andre Schembri li wkoll qed jikseb bosta suċċess fil-kapitali Ungeriża mat-team ta’ Ferencvaros iżda sfortunatament kien ma jiflaħx. Waqt din il-laqgħa, il-Viċi Prim Ministru ġie ppreżentat bil-flokk tan-numru wieħed Malti ta’ Ferencvaros.





Leave a comment