- Sport In Malta - http://www.sportinmalta.com -

Imnedija t-Tielet edizzjoni tal-Malta National Boxing Awards

Posted By Sportinmalta On July 14, 2015 @ 10:12 pm In Boxing,Featured,Fight Sports | No Comments

Gavin Muscat

Kollox jinsab lest sabiex nhar is-Sibt li ġej tkun imtella’ edizzjoni oħra tal-Malta National Boxing Awards serata ta’ premjazzjoni li tippremja l-aħjar boxers, kowċis u uffiċjali li huma affiljati mal-Malta Boxing Association.

It-Tielet edizzjoni din is-sena se ssir nhar is-Sibt 18 ta’ Lulju ġewwa l-lukanda Le Meridien Hotel and Spa f’San Ġiljan serata li eventwalment tixxandar fuq TVM2 matul ix-xahar t’ Awwissu 2015.

F’din is-serata ta’ premjazzjoni se jkunu ppreżentati 16 –il Award b’kollox fejn se jkun hemm 8 Awards li se jkunu kkontestati permezz ta’ votazzjoni wara li individwi kienu nominati u l-kumplament se jkunu straight Awards li se jingħataw lill-individwi li ddistingwew ruħhom matul is-sena 2014.

Il-Malta Boxing Association ħasbet ukoll sabiex tniedi l-People’s Choice Award li hi kategorija li r-rebbieħ se jkun determinat totalment mill-voti tal-pubbliku. Il-ħames persuni li qed jikkontestaw dan l-Award huma:

Micahel Brown – Coach Team Brown

Simon Chetcuti – Coach Team Spartans

Mark Manicolo – Coach Team Jalen

Noel Mercieca – Coach Ying Yang Team Noel

Demis Tonna – Promotur u Coach Fight Factory

Il-Pubbliku ġenerali u d-dilettanti ta’ dan l-isport jistgħu jivvutaw billi jibagħtu l-isem u kunjom ta’ min jaħsbu li ħaqqu jirbaħ dan l-Award permezz ta’ SMS fuq in-numru 50616100.

Intant l-Awards kollha li se jkunu preżentati waqt is-serata huma dawn:

 

Is-Serata ta’ premjazzjoni se tkun preżentata minn Simon Farrugia u Catherine Micallef.

Waqt it-tnedija tat-tielet edizzjoni tal-Malta National Boxing Award tkellem ukoll il-Kap Eżekuttiv tal-Malta Boxing Association Marc James li qal li l-edizzjoni ta’ din is-sena hi waħda speċjali hekk kif se ssir ftit jiem biss wara li l-Assoċjazzjoni Maltija tal-Boxing ġiet aċċetata u affiljata mal-EBU( European Boxing Union).

James qal li sabiex waslet din l-affiljazzjoni kien hemm xhur sħaħ ta’ negozjati fejn l-EBU għamlet skrutinju u analiżi tas-sitwazzjoni tal-Boxing f’Malta u wara li rat l-impenn u d-dedikazzjoni tal-membri tal-Eżekuttiv u tal-promoturi lokali. Marc James qal li waqt is-serata tal-Awards se tixxandar ukoll intervista li saret mal-President tal-EBU Bob Logist li saret waqt li s-Sur Logist kien f’ Malta.

Kull min jixtieq jattendi għal din is-serata ta’ premjazzjoni jista’ jibbukkja post billi jċempel fuq 79868353.

Felix Barbara u Marc James

 

 


Article printed from Sport In Malta: http://www.sportinmalta.com

URL to article: http://www.sportinmalta.com/imnedija-t-tielet-edizzjoni-tal-malta-national-boxing-awards/

Copyright © 2010 Sport In Malta. All rights reserved.