Imnedija il-viżjoni u l-missjoni tal-Malta Beach Soccer u n-Nestle Ice Cream Beach Soccer Tournament

Saturday, August 8, 2020, 10:40

Waqt konferenza stampa organizzata mill-Malta Beach Soccer, il-President il-ġdid Pio Vassallo tkellem dwar il-viżjoni u l-missjoni ta’ l-istess assoċjazzjoni. Spjega dwar kif ser tkun qed taħdem fis-snin li ġejjin id f’id mal-Malta Football Association, mal-Gvern, Sport Malta u l-Kumitat Olimpiku Malti.

Il-President Vassallo enfasizza mhux biss dwar l-isport tal-beach soccer f’Malta pero tkellem dwar il-valuri ta’ l-isport u li eventwalment dan l-isport jattira t-turiżmu sportiv f’pajjiżna.

Is-Segretarju Parlamentari għaż-żgħażagħ, l-isport u l-volontarjat Clifton Grima filwaqt li esprima s-sodisfazzjoni tiegħu għall-professjonalita’ ta’ din l-assoċjazzjoni, saħaq li huwa importanti ħafna li bħala gvern tkompli tingħata l-għajnuna neċessarja lil dawn l-inizjattivi.

Tkellem ukoll il-vici president tal-MFA Dr Matthew Paris fl-intervent tiegħu u sostna dwar il-kapacita ta’ l-assoċjazzjoni u kien konvint li l-Beach Soccer jista’ jkun ta’ benifattur kemm għat-turiżmu sportiv kif ukoll għal l-isport ġenerali.

Preżenti wkoll ic-Chairman ta’ Sport Malta Dr. Luciano Busuttil fejn qal li l-pajjiż għandu potenzjal kbir għall-dan l-isport u kuntent li l-kumitat il-ġdid mhux biss ħareġ bil-viżjoni u l-missjoni pero ukoll ħaseb biex jinkludu ukoll l-aktar valuri mportanti li l-isport jagħtina.

Min-naħa tiegħu l-kelliem f’isem l-oppożizzjoni għall-isport, l-Onorevoli  Robert Cutajar li fl-intervent tiegħu tkellem dwar l-importanza ta’ aktar sport kemm fl-iskejjel kif ukoll fil-ħajja tagħna għal saħħa aħjar.

L-impenn u l-appuntament li jmiss mal-Malta Beach Soccer huwa turnament li se jibda nhar il-Ħamis 27 ta’ Awwissu, skont il-linji gwida maħruġa mill-awtoritajiet tas-saħħa bil-finali tintlab il-Ħadd 6 ta’ Settembru fil-bajja ta’ Birżebbuġa magħrufa aktar bħala ‘Pretty Bay’.





Leave a comment