Imhabbar il-kunsill tal-Malta Racing Club

Saturday, July 20, 2013, 15:00

Fil-jiem li ghaddew il-Gvern prezenti permezz tal-Ministeru Ghall-Edukazzjoni u Xoghol u s-Segretarjat Parlamentari ghar-Ricerka, Innovazzjoni, Zaghzagh u Sport appunta l-Kunsill tal-Malta Racing Club.

Ghal darb’ohra biex imexxi dan il-Kunsill gie ikkonfermat l-Avukat Matthew Brincat li ilu jservi bhala Chairman tal-Malta Racing Club ghal dawn l-ahhar 5 snin. Sabiex iservu mieghu fuq il-bord regghu gew ikkonfermati is-Sinjuri Mark Vella u Marco Millo. Is-Sinjuri Tony Demanuele u Joe Zerafa, li sa issa kienu qed iservu fil-Kunsill tal-MRC bhala rapprezentanti eletti mis-sidien u l-gerrejja, issa ser ikunu ukoll qed iservu bhala membri fil-Kunsill. Ma dawn ser jinghaqdu zewg membri godda li ser ikunu qed iservu fil-Kunsill ghallewwel darba. Dawn huma s-Sinjuri Twanny Bugeja u George Farrugia.

B’hekk issa l-Kunsill tal-Malta Racing Club ser ikun kompost minn 7 membri li maghhom iridu jinghaqdu tlett membri ohra li ser jigu eletti mis-sidien u l-gerrejja. Din l-elezzjoni mistennija ssir ghall-bidu ta’ Settembru meta jerga jitkompla l-istagun tat-tigrijiet wara l-waqfa tas-Sajf.

Ic-Chairman tal-Malta Racing Club jinsab sodisfatt li l-hidma li twettqet matul l-ahhar snin kienet rikonoxxuta mil-Gvern u prova ta’ dan hija l-formazzjoni ta’ dan il-Kunsill. Huwa rringrazzja lil dawk il-membri li m’ghadhomx jiffurmaw parti minn dan il-Kunsill tal-hidma taghhom filwaqt li awgura lil dawk godda sabiex ikunu parti minn team dinamiku lesti li jiffacjaw l-isfidi sabiex it-tigrijiet taz-zwiemel ikomplu jissahhu filqasam ta’ l-isport lokali ghall-beneficcju ta’ dawk kollha involuti. Biz-zieda ta’ aktar membri fil-Kunsill ixxoghol ghandu jkun imqassam ahjar jekk kulhadd jaghti l-kontribuzzjoni tieghu.

Bhal dejjem huwa jheggeg lil dawk is-sidien u l-gerrejja li ghandhom proposti ta’ idejat godda kif jista jimxi aktar il-quddiem dan l-isport f’pajjizna sabiex javvicinawh biex isiru tahdidiet kostruttivi. Huwa jwieghed li jilqa kull suggeriment validu u vijabbli. L-insistenza tieghu dejjem kienet u tibqa li jaghti spazju lil kull min lest li jghin anke jekk ma jiffurmax parti mill-Kunsill.

Ghalkemm il-Kunsill il-gdid gie mhabbar ftit granet ilu, pero l-hidma baqet dejjem kontinwa bhal ma jixhdu ttigrijiet li qed jigu organizzati bhalissa u li jilhqu l-qofol taghhom bil-finali tal-Kampjonat tas-Sajf nhar is-26 ta’ Lulju. Barra minn hekk l-Avukat Matthew Brincat diga ressaq rapporti iddettaljati kemm lil Ministru Evarist Bartolo kif ukoll lis-Segretarju Parlamentari Dr Stefan Buontempo dwar progetti u proposti godda li minnhom jibbenefika l-Malta Racing Club kif ukoll is-sidien u l-gerrejja.

Funzjonijiet fi Hdan il-Kunsill

Dr Matthew J. Brincat – Chairman

Mr Anthony Bugeja – General Secretary

Mr Mark Vella – Director Marketing & Finance

Mr Marco Millo – Director International Affairs & Infrastructure

Mr Anthony Demanuele – Director of Internal Affairs

Mr Joseph Zerafa – Director of Animal Welfare, Amateur Racing & Cultural Events

Mr George Farrugia – Director of Maintenance Projects





Leave a comment